Hsarat fis-Sistema ta' l-Elettriku kawza tal-maltemp
PR1719
05/11/1999
Il-maltemp li hakem il-Gzejjer Maltin kmieni filghodu ikkaguna diversi hsarat fuq is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku. Diversi nhawi, l-aktar fin-Nofsinhar ta' Malta, kienu minghajr il-provvista ta' l-elettriku. L-aktar li kien hemm hsarat kienu fuq il-linji tal-vultagg gholi li jinsabu fuq l-arbli.
L-Enemalta mill-ewwel hadet passi biex il-hsarat jissewwew u sa nofsinhar il-provvista ta' l-elettriku kienet diga' giet lura fil-bicca l-kbira tal-postijiet milquta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN