Thejjija ta' Pjan ta' Kontingenza mid-Divizjoni tas-Sahha
Matul l-ahhar jiem kif ukoll fil-jiem li gejjin, id-Divizjoni tas-Sahha hija impenjata bis-shih biex thejji pjan ta' kontingenza serju u effettiv f'kaz li jkun hemm apparat li ma jahdimx hekk kif jaqleb il-millennju, kif ukoll minhabba xoghol li jista' jinqala relatat mal-festi tal-millennju.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu inawgura sistema komputerizzata gdida fic-Centru Nazzjonali tat-Trasfuzjoni tad-Demm, kif ukoll ircieva zewg magni godda li d-Divizjoni tas-Sahha ghada kif xtrat, biex tkompli ttejjeb u taggorna t-testijiet li jsiru fuq id-demm, qabel dan johrog ghat-trasfuzjoni.
Dr. Deguara qal li d-Divizjoni tas-Sahha ghamlet hafna xoghol biex ikun zgurat li s-sistema tal-kompjuters, kif ukoll l-apparat kollu li hemm fl-isptarijiet u c-centri tas-sahha huma Y2K compliant. Hu kompla jghid li dawk is-sistemi li ma kinux tajbin gew modifikati u b'hekk id-Divizjoni issa ghamelt dak kollu possibbli biex tizgura li l-isptarijiet u c-centri tas-sahha jkomplu jaghtu s-servizzi kollha b'mod normali mal-qlib tal-millennju. Dan ix-xoghol sar permezz ta' esperti barranin, kif ukoll mill-impjegati tal-MITTS.
Madankollu, qal il-Ministru tas-Sahha, xorta qed jithejja pjan ta' kontingenza f'kaz li jkun hemm xi apparat tad-Divizjoni li ma jahdimx, jew inkella jkun hemm xi servizz provdut minn intraprizi ohra li jieqaf. B'dan il-ghan, nhar it-Tnejn ser issir laqgha ghad-Diretturi kollha tad-Divizjoni tas-Sahha biex ikunu infurmati bl-ahhar thejjijiet fuq dan il-pjan, biex sa l-ahhar ta' dan ix-xahar il-pjan ikun finalizzat u mghoddi lill-impjegati. Dan qieghed isir b'kollaborazzjoni mac-Challenge 2000.
Matul ix-xahar ta' Dicembru, qal il-Ministru tas-Sahha, ser isiru sensiela ta' ezercizzji biex ikun assigurat li l-pjan ta' kontingenza jkun effettiv f'kaz ta' bzonn. L-ezercizzji fost l-ohrajn ser jikkonsistu fit-thaddim ta' l-isptar minghajr dawl, bl-uzu tal-generators biss, kif ukoll l-ghoti ta' servizzi ta' emergenza f'kaz ta' numru konsiderevoli ta' incidenti assocjati ma' dawn il-festi.
Il-Ministru Deguara rringrazzja lil dawk kollha involuti fit-thejjija ta' dan il-pjan, kif ukoll lil dawk li matul l-ahhar sena hadmu bla heda biex ikun assigurat li l-apparat, kif ukoll il-kompjuters uzati fil-provvista tas-servizzi tas-sahha, jkunu kompatibbli mal-millennju l-gdid.
Dr. Deguara tkellem ukoll dwar is-sistema komputerizzata li giet installata fic-Centru Nazzjonali tat-Trasfuzjoni tad-Demm. Hu qal li permezz ta' din is-sistema kompliet tikber aktar l-efficjenza f'dan ic-centru u hemm aktar kontroll fuq id-demm li jkun mahzun u li johrog minn dan ic-centru. Dwar il-magni mixtrija minn dan ic-centru, il-Ministru tas-Sahha qal li din hija prova ohra kemm id-Divizjoni tas-Sahha hija impenjata li jkollha kontrolli fuq id-demm li jinghata lill-pazjenti u dan permezz
ta' l-aktar teknologija avvanzata li tassigura li d-demm li jinghata lill-pazjenti ma jkunx kontaminat b'xi mard, fosthom l-HIV. Hu fakkar li l-ewwel incidenza ta' din il-marda f'Malta kienet propju minn trasfuzjoni tad-demm lil pazjenti li kienu Haemophiliac, meta l-prezenza ta' dan il-virus kienet ghadha mhix maghrufa u ghalhekk ma setghux isiru testijiet relatati. Minn dak iz-zmien 'l hawn, qal Louis Deguara, ma kienx hemm kazijiet simili.
Background Information: National Blood Transfusion Computerised System
This system enables the National Blood Transfusion Service to manage the Donors and thus the supply of blood products to St Luke's Hospital and all other public and private hospitals and clinics. All the donation centres in the Maltese islands, namely the Centre in G'Mangia, the Donation unit at Gozo General Hospital and SMOM in Floriana, are all connected to the system via the health data network. All the donations carried out on the Mobile Unit are also entered into the system. The second phase involving patient administration will be 'live' in the very near future. The total computerisation of the department with donor and patient data, together with the interfacing of equipment to the system, will greatly help the department achieve standards required in top Blood Transfusion centres.
The benefits of the system can be summarised as follows:
information regarding all the donations of a particular donor are available at the touch of a button.
improved control of donations which reduces the risk of transfusion transmitted diseases.
the management of the blood supply is enhanced by on-line information about stock levels.
donors can be recalled when the appropriate time period between donations has elapsed.
helps to improve medical services provided and conditions for medical staff
improves information at all levels in terms of quality and quantity
improves management and professional decision making due to timely, accurate and accessible information
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN