Left arrow Go Back

Rapport dwar l-Efficjenza tal-Kunsilli Lokali

PR1704
Date Icon 04/11/1999

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ppubblika t-Tieni Rapport tiegħu għas-sena 1999 dwar l-effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu April - Awissu 1999. F'dan ir-rapport saru numru ta' bidliet mir-rapporti preċedenti.

L-ispezzjonijiet li jsiru dejjem għandhom l-iskop ewlieni li bir-riżultat finali ssir evalwazzjoni tal-ħidmiet u l-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali li huma relatati mall-qadi tal-funzjonijiet mgħoddija lilhom.

Inħass iżda, li kellu jsir tibdil fil-mod kif ti'i analiżżata l-informazzjoni li tin'abar mill-ispezzjonijiet. Rapporti preċedenti kienu jagħmlu analizi fuq firxa nazzjonali u kienu jikkonċentraw fuq il-kategoriji tal-funzjonijiet individwali. Dan ir-rapport janalizza l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali fuq bażi individwali. B'hekk l-effiċjenza ta' Kunsill Lokali ti'i analiżżata billi ji'u mqabbla l-funzjonijiet kollha flimkien. Dan sabiex wieħed jista' jara b'mod aktar ċar l-effiċjenza milħuqa minn kull Kunsill Lokali.

Fir-rapport wieħed jista' jsib analiżi fid-dettal tar-riżultati ta' l-ispezzjonijiet li saru fil-perjodu msemmi hawn fuq, kif ukoll tqabbil mar-riżultati tar-rapport preċedenti li kien ikopri l-perjodu Jannar - Marzu 1999. Ta' min dejjem ifakkar li l-iskop ta' dan ir-Rapport huwa li l-marki milħuqa mill-Kunsilli rispettivi ji'u analiżżati mill-Kunsilliera, flimkien mas-Segretarji u dawk kollha nvoluti fit-tħaddim tal-kuntratti konċernati. B'hekk il-Kunsilli Lokali jkollhom għodda effettiva, li permezz tagħha jkunu f'qagħda aħjar sabiex janaliżżaw l-andament ta' l-operat tagħhom rigward il-funzjonijiet mgħoddija lilhom, u jkunu f'pożizzjoni jkomplu jtejbu l-kwalit'? tal-ħajja tal-lokalitajiet u taċ-ċittadini li huma jirrapreżentaw.

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali se jkompli jagħti l-għajnuna meħtie'a lil-Kunsilli Lokali sabiex ikunu jistgħu ikomplu jirran'aw il-pożizzjoni tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow