Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha
B'referenza ghall-ahhar stqarrija tad-Deputat ta' l-Oppozizzjoni l-Onor. Michael Farrugia, il-Ministeru tas-Sahha jerga jtenni u jikkwota, mill-inkjesta li kienet saret matul din l-amministrazzjoni, li zewg infermiera li kienu ntbaghtu jahdmu fl-ufficcju tal-Customer Care fuq talba tal-Ministeru tas-Sahha, matul l-amministrazzjoni precedenti, b'kollox ircevew bejniethom is-somma ta' Lm40,000.
Dan mhu xejn gdid, ghax kemm l-inkjesta kienet zvelat dan, kif ukoll dan il-Ministeru ghamel referenza ghal dan il-kaz f'madwar erba' stqarrijiet ohra li hargu matul din is-sena. Huwa ghalhekk li wiehed jiskanta kif issa l-ex Ministru tas-Sahha qed jisfida lill-Ministru Deguara biex jirrepeti dan il-fatt illum meta dan gie dikjarat qabel, kemm fil-Parlament, fi stqarrijiet mahruga mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni kif ukoll f'artikli miktuba mill-Ministru Deguara.
Jekk l-ex Ministru jhoss li b'dak li intqal gie b'xi mod malafamat jista' jaghti harsa lejn artikli miktuba mill-Ministru Deguara u jaghmel libell fuqhom. Tajjeb li l-ex Ministru jaghmel distinzjoni bejn Ministeru tas-Sahha u Ministru tas-Sahha.
Dan il-kaz huwa maghluq u llum il-poplu jaf il-fatti kollha mhux permezz ta' allegazzjonijiet, imma permezz ta' inkjesti li zvelaw abbuz f'sahra u pressjoni mohbija biex jinghata dan l-overtime. Liema abbuzi illum twaqqfu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN