Inawgurati zewg Squash Courts fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali
Nhar is-Sibt, 30 ta' Ottubru 1999, fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, gew inawgurati zewg Squash Courts mis-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett.
Ix-xoghol f'dawn l-iSquash Courts kien jikkonsisti fil-finishing kollu, inkluz dwal addattat ghat-televizjoni, art tal-parquet u glass back. Ix-xoghol kollu sewa Lm30,000.
Dawn il-facilitajiet sejrin iservu sabiex l-iSquash and Raquets Assocation ikollha l-ufficini taghha fl-istess kumpless tal-pixxina. Dan ghandu jghin sabiex dan l-isport, li rebbah lil Malta medalja tad-deheb u ohra tal-bronz fil-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar, ikompli miexi 'l quddiem. Hija x-xewqa tas-Segretarju Parlamentari u ta' l-iSquash and Raquets Association li tizdied il-partecipazzjoni ta' dan l-isport partikolarment fost l-istudenti universitarji.
Dan il-pjan ghandu jwassal sabiex dan il-kumpless joffri diversita' ta' dixxiplini sportivi li jkunu jistghu jkunu prattikati mill-pubbliku sportiv Malti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN