Access ghal Kulhadd ghas-servizzi ta' l-Internet fil-livell tal-komunita'
Il-Konferenza dwar l-Aċċess għal Kulħadd għas-Servizzi ta' l-Internet fil-Livell tal-Komunita', organizzata mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, fetħet il-lum b'inidirzz mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea.
Din hi l-ewwel konferenza b'din it-tema li qatt organizza l-Kunsill ta' l-Ewropa. Din saret fuq inizjattiva tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li wera interess li jospita din il-konferenza f'pajjiżna.
B'kollox madwar 130 delegat minn 25 pajjiż Ewropew inkluża Malta, kif ukoll rappreżentant ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-UNESCO, qed jattendu għall-Konferenza.
Il-Konferenza giet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Ġusitzzja u Gvern Lokali, Austin Gatt, mis-Sur Charles Mizzi, Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni, Dr. Joe Cannataci mill-Universita' ta' Malta, Mrs. Marie-Christine Wiener-Wellhoff mid-Direttorat Re'jonali ta' l-Affarijiet Kulturali Franċiż, il-Prof. Dias Coelho mill-Ministeru għax-Xjenza u t-Teknolo'ija ta' Spanja u minn Marco Barbuti mill-Posta Taljana.
Għada il-Konferenza tkun indirizzata minn Risto Koivisto, membru tal-Kungress ta' l-Awtoritajiet Lokali u Re'jonali ta' l-Ewropa, Bernard Vergens, Chairman ta' Microsoft Europe, Daniel Dardailler mill-World Wide Web Consortium, Bob Harrison mill-Consumers' Association ta' Milton Keynes u Mrs. Lilla Voss, Chief Advisor tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni Daniż.
Anness id-Diskors tal-Ministru Louis Galea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN