Left arrow Mur Lura

Skedar ta' rhula zghar (Hamlets)

PR1685
Date Icon 02/11/1999

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li hekk kif jistipula l-Att dwar il-Kunsill Lokali, (Att XV tal-1993) il-Kunsilli Lokali huma obbligati jwaqqfu Kumitati fejn hemm "… raħal żgħir li jkollu popolazzjoni ta' iktar minn wieħed minn għaxra iżda inqas minn nofs il-popolazzjoni ta' dik il-lokalita…"[Art 47 par (6)(a)].

Huwa qal dan f'Konferenza ta' l-Aħbarijiet li saret dal-għodu fl-uffiċċju tiegħu fil-Parlament. Dr. Gatt sostna li filwaqt li hemm diversi Kunsilli li josservaw dan l-artiklu tal-li'i, mhux kollha jagħmlu dan, u anke fil-każ ta' dawk li josservawh, il-provvediment ftit għandu effett minħabba li l-laqgħat ta' dawn il-kumitati huma irregulari u l-Kunsill m'għandu l-ebda impenn finanzjarju lejn l-parti tal-lokalita fl-allokazzjoni tal-fondi tal-Kunsill.

'?al dan il-għan, il-White Paper li ppubblika l-Gvern f'Ġunju li għadda, kienet tgħid li "il-Gvern qed jipproponi li jirrikonoxxi din ir-realt'? filwaqt li jżomm l-integrit'? tal-Kunsilli Lokali u għalhekk sejjer jipproponi numru ta' emendi bbażati fuq il-prinċipji li huma di'a inklużi fil-Li'i, iżda li jiddefinixxu aktar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali rigward l-irħula żgħar." (White Paper dwar Gvern Lokali - It-Tisħiħ tad-Deċentralizzazzjoni: Kunsilli Tiegħek u '?alik; 6.3)

Skond l-istess provvedimenti tal-White Paper, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali identifika l-konfini ta' numru ta' rħula żgħar li qablu magħhom il-Kunsilli rispettivi. Il-Ministru Gatt ħabbar dawn il-lokalitajiet, li huma:

MALTA G'?AWDEX

Fleur de Lys (Birkirkara) Santa Luċija (Kerċem)

Gwardamangia (Piet'?) Marsalforn (Żebbu')

Paceville (San Ġiljan)

Kappara (San Ġwann)

Ibra' (Swieqi)

Madliena (Swieqi)

Bubaqra (Żurrieq)

Peress li l-Kunsilli qablu mat-twaqqif tal-kumitati rispettivi, dawn iż-żoni se jkunu skedati fil-li'i.

Barra minn dan, bħala eżerċizzju ta' darba, gruppi ta' residenti li jqisu lilhom infushom bħala li qed jgħixu f'raħal żgħir u mhumiex dawk imsemmija, u li qegħdin f'numru li jammonta għal aktar minn għaxra fil-mija (10%) tal-popolazzjoni tal-lokalit'? tagħhom iżda li huma anqas minn ħamsin fil-mija (50%), jistgħu jappellaw mal-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali għal rikonoxximent. Id-deċiżjoni tal-Ministru tkun finali.

Dawn iż-żoni partikolari se jitniżżlu fir-Re'istru Elettorali bl-isem tagħhom u bit-toroq partikolari li jiffurmawhom; filwaqt li se jkollhom Kumitat imwaqqaf mill-Kunsilli Lokali li jkun kostitwit minn ħames membri, li erbgħa minnhom iridu jkunu eletturi re'istrati fl-istess żona, se jkunu allokati fondi apposta għalihom kif ukoll issirilhom laqgħa 'enerali annwali.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb billi wieħed jirrikorri għand id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fuq telefon numru 24 37 90.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow