Skedar ta' rhula zghar (Hamlets)
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li hekk kif jistipula l-Att dwar il-Kunsill Lokali, (Att XV tal-1993) il-Kunsilli Lokali huma obbligati jwaqqfu Kumitati fejn hemm "… raħal żgħir li jkollu popolazzjoni ta' iktar minn wieħed minn għaxra iżda inqas minn nofs il-popolazzjoni ta' dik il-lokalita…"[Art 47 par (6)(a)].
Huwa qal dan f'Konferenza ta' l-Aħbarijiet li saret dal-għodu fl-uffiċċju tiegħu fil-Parlament. Dr. Gatt sostna li filwaqt li hemm diversi Kunsilli li josservaw dan l-artiklu tal-li'i, mhux kollha jagħmlu dan, u anke fil-każ ta' dawk li josservawh, il-provvediment ftit għandu effett minħabba li l-laqgħat ta' dawn il-kumitati huma irregulari u l-Kunsill m'għandu l-ebda impenn finanzjarju lejn l-parti tal-lokalita fl-allokazzjoni tal-fondi tal-Kunsill.
'?al dan il-għan, il-White Paper li ppubblika l-Gvern f'Ġunju li għadda, kienet tgħid li "il-Gvern qed jipproponi li jirrikonoxxi din ir-realt'? filwaqt li jżomm l-integrit'? tal-Kunsilli Lokali u għalhekk sejjer jipproponi numru ta' emendi bbażati fuq il-prinċipji li huma di'a inklużi fil-Li'i, iżda li jiddefinixxu aktar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali rigward l-irħula żgħar." (White Paper dwar Gvern Lokali - It-Tisħiħ tad-Deċentralizzazzjoni: Kunsilli Tiegħek u '?alik; 6.3)
Skond l-istess provvedimenti tal-White Paper, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali identifika l-konfini ta' numru ta' rħula żgħar li qablu magħhom il-Kunsilli rispettivi. Il-Ministru Gatt ħabbar dawn il-lokalitajiet, li huma:
MALTA G'?AWDEX
Fleur de Lys (Birkirkara) Santa Luċija (Kerċem)
Gwardamangia (Piet'?) Marsalforn (Żebbu')
Paceville (San Ġiljan)
Kappara (San Ġwann)
Ibra' (Swieqi)
Madliena (Swieqi)
Bubaqra (Żurrieq)
Peress li l-Kunsilli qablu mat-twaqqif tal-kumitati rispettivi, dawn iż-żoni se jkunu skedati fil-li'i.
Barra minn dan, bħala eżerċizzju ta' darba, gruppi ta' residenti li jqisu lilhom infushom bħala li qed jgħixu f'raħal żgħir u mhumiex dawk imsemmija, u li qegħdin f'numru li jammonta għal aktar minn għaxra fil-mija (10%) tal-popolazzjoni tal-lokalit'? tagħhom iżda li huma anqas minn ħamsin fil-mija (50%), jistgħu jappellaw mal-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali għal rikonoxximent. Id-deċiżjoni tal-Ministru tkun finali.
Dawn iż-żoni partikolari se jitniżżlu fir-Re'istru Elettorali bl-isem tagħhom u bit-toroq partikolari li jiffurmawhom; filwaqt li se jkollhom Kumitat imwaqqaf mill-Kunsilli Lokali li jkun kostitwit minn ħames membri, li erbgħa minnhom iridu jkunu eletturi re'istrati fl-istess żona, se jkunu allokati fondi apposta għalihom kif ukoll issirilhom laqgħa 'enerali annwali.
Aktar tagħrif jista' jinkiseb billi wieħed jirrikorri għand id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fuq telefon numru 24 37 90.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN