Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd dwar it-tnehhija tal-levies fuq prodotti agrikoli

PR1674
Date Icon 29/10/1999

Il-Partit immexxi mill-Onor. Alfred Sant għadu mifxul u bla direzzjoni wara iżjed minn sena fl-oppozizzjoni. F'April tal-1998, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni kien stqarr pubblikament li kellu jneħħi l-‘levies' kollha agrikoli minħabba t-twaqqif ta' Żona ta' Kummerċ '?ieles. Il-lum, sena wara, il-Partit ta' l-Oppozizzjoni qed jiċħad l-istess stqarrija tal-Kap tiegħu.

Il-Ministru Ninu Zammit enfasizza l-ħtie'a li, bi sħubija jew mingħajr sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-oqsma tal-Biedja u Sajd bilfors iridu ji'u msaħħa u mkabbra fl-effiċjenza u fil-produzzjoni rispettivament.

Il-Perit Ninu Zammit fakkar li ż-żew' partiti ewlenin iddikkjaraw li l-‘levies' fuq prodotti agrikoli għandhom jispiċċaw. Iż-żew' partiti pero' għandhom toroq differenti kif jaslu għall-istess skop.

It-triq tal-Partit ta' l-Oppozizzjoni, kif iddikjarata mill-Onor. Alfred Sant f' April tal-1998, hija li jitneħħew il-‘levies' fuq prodotti agrikoli b'mod li jitneħħa kull protezzjoni, kif ukoll b'mod li l-bdiewa ma jirċievu l-ebda għajnuna finanzjarja jew teknika biex isaħħu l-effiċjenza u l-produzzjoni ta' l-operat tagħhom. Dan kien ser ifisser importazzjoni ta' prodotti agrikoli bi prezzijiet li l-bdiewa tagħna ma jkunux jistgħu jikkompetu magħhom, sitwazzjoni li allura kienet ser twassal għall-qerda tal-biedja f'pajjiżna.

'?all-kuntrarju, kompla il-Ministru Zammit, it-triq magħżula mill-Gvern prezenti tikkonsisti fi tneħħija gradwali tal-‘levies', liema tneħħija hija marbuta ma' għajnuna finanzjarja u teknika minn naħa ta' l-Unjoni Ewropea bl-iskop li d-dħul tal-bdiewa jibqa' xieraq u adekwat. Dan ifisser, allura, benefiċċji finanzjarji biex it-tneħħija tal-‘levies' kif ukoll it-tisħiħ tal-effiċjenza ma tkunx ta' piż fuq il-bdiewa Maltin u '?awdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow