Attivitajiet li jfakkru is-sena 1999 bhala Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani
In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat is-sena 1999 bhal is-"Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani" bit-tema "Lejn Socjet'? ghal Kull Et'?". Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali waqqaf kumitat, in-National Focal Point biex jiehu hsieb jorganizza l-attivitajiet biex ifakkru dan l-avveniment.
Biex iktar naghtu tifsira lit-tema "Lejn Socjet'? ghal Kull Et'? " in-National Focal Point, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, taqsima tal-Y.S.O., organizza "Adopting a Ward Scheme" fejn studenti ta' l-iskejjel Governattivi Primarji u Sekondarji kienu jghamlu zjarat lill-anzjani fil-Wards tar-Residenza San Vincenz de Paule. Wara dawn iz-zjarat, l-istess studenti dahlu ghal konkors ta' komponimenti u l-arti tal-pittura dwar l-esperjenzi taghhom f' din ir-Residenza.
In-numru ta' studenti li hadu sehem f'din il-kompetizzjoni kien ta' 230fl-Arti u 54 fl-essays, total ta' 283 studenti minn 17-il skola differenti. Studenti minn 6 skejjel ohra gew ippremjati ta' l-inizjattiva u s-sehem taghhom fl-iskema "Adopting a Ward" fir-Residenza San Vincenz de Paule.
L-istudenti partecipanti kollha ta' kull kategorija gew moghtija certifikat, filwaqt li r-rebbieha ta' kull kategorija gew moghtija certifikat u rigal. Il-kap ta' kull wahda minn dawn 17-il skola partecipanti gew ipprezentati b'certifikat ta' tifkira.
Waqt diskors li ghamel, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Antoine Mifsud Bonnici, fahhar l-inizjattiva l-ewwel tal-Kapijiet tal-iskejjel partecipanti u ta' l-istudenti nfushom tax-xoghol li ghamlu, fejn urew it-talenti sbieh taghhom fl-arti tat-tpingija u l-komponimenti. Dr Mifsud Bonnici kompla jghid li zgur dawn l-istudenti tghallmu u apprezzaw izjed l-aspetti kollha tal-hajja u fl-atteggjament taghhom lejn l-anzjani, biex b'hekk inkomplu nsahhu l-idea ta' solidarjata' bejn il-generazzjonijiet.
Is-Segretarju Parlamentari heggeg biex din l-iskema ta' "Adopting a Ward" ma tieqafx hawn, imma titkompla fis-snien li gejjin u appella biex aktar skejjel - tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat - jimxu fuq l-ezempju ta' dawn l-iskejjel u jorganizzaw zjarat lill-anzjani f'din ir-Residenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN