Left arrow Go Back

Il-Ministru tas-Sahha jindirizza Seminar dwar l-Unjoni Ewropea organizzat mill-MUMN

PR1665
Date Icon 29/10/1999

Il-Unions ghandhom jaghrfu jagixxu b'responsabbilt'? fl-ahjar interess mhux biss tal-membri taghhom, izda wkoll fl-ahjar interess ta' pajjizna u tal-Maltin kollha dwar is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Degura meta ndirizza seminar organizzat mill-union ta' l-Infermiera u l-Qwiebel, bit-tema "l-Unjoni Ewropea – Dmirijiet u Drittijiet tal-Unions".

Il-Ministru Deguara qal li mill-esperjenza ta' dak li gara fil-livell Ewropew, fejn l-attegjament pozittiv u kostruttiv ta' l-imsiehba socjali wera li huma kapaci li jaghtu kontribut konkret u importanti fuq diversi issues, wiehed malajr jifhem li d-dmir tal-unions Maltin huwa li filwaqt li jharsu lejn l-interess tal-membri taghhom, ghandhom ukoll izommu fic-centru ta' kull decizjoni taghhom il-poplu Malti kollu u l-interess tal-pajjiz innifsu.

Louis Deguara qal li l-Unjoni Ewropea minn dejjem tat importanza lid-drittijiet tal-haddiema u dan huwa rifless f'diversi acquis li jittrattaw dan is-suggett. Hu kompla jghid li ghalkemm hemm drittijiet bazici li huma komuni fost il-pajjizi membri, l-Unjoni Ewropea thalli lill-pajjizi membri fil-libert'? kif japplikaw dawn il-principji skond it-tradizzjonijiet u l-policies tal-pajjiz rispettiv.

Il-Kummissjoni Ewropea ghandha wkoll ir-rwol li tizviluppa djalogu bejn dawk li jahdmu u dawk li jhaddmu fuq livell Ewropew, bil-ghan li jkun hemm relazzjoni tajba bejn l-imsiehba socjali, biex l-istess djalogu jitkompla fil-pajjizi membri fid-diversi livelli, qal il-Ministru tas-Sahha. Hu sostna li barra minn hekk l-aktar hidma li tispikka fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-haddiema, hija fejn jidhlu l-kundizzjonijiet tax-xoghol u s-sahha u s-sigurt'? fuq il-post tax-xoghol.

Il-Ministru tas-Sahha qal ukoll li l-Kummissjoni Ewropea waqqfet kumitati fuq it-tahrig ta' l-infermiera u l-qwiebel li fihom kull stat membru jista' jibghat rapprezentant tal-professjoni rispettiva fejn jinghataw vuci fid-decizjonijiet importanti li jittiehdu f'dawn il-kumitati.

Il-Ministeru tas-Sahha, kompla jghid Louis Deguara, waqqaf study group fejn gew diskussi d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea. F'dan il-grupp gew mistiedna biex jippartecipaw il-partijiet kollha koncernati sabiex il-ministeru jkun jista' jipprezenta position paper li tigbor fiha l-kunsens tal-partijiet kollha.

Louis Deguara temm id-diskors tieghu billi rringrazzja lill-Union ta' l-Infermiera u l-Qwiebel ghall-organizzazzjoni ta' dan is-seminar u ghall-partecipazzjoni taghha fid-diskussjonijiet li saru fi hdan il-Ministeru tas-Sahha dwar is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow