Malta Business Convention 2000
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li saret dalghodu, habbar il-"Malta Business Convention 2000", li se ssir fit-Trade Fair Grounds, in-Naxxar, bejn id-19 u t-23 ta' Jannar 2000. Dawn li jsegwi huma punti mid-diskors ta' l-Onor. Vassallo:
B'impenn biex f'kull haga li naghmlu dejjem nghollu aktar l-istima li jehtieg jgawdi n-negozju f'pajjizna, hsibna li flimkien mal-Korporazzjonijiet tal-Fieri norganizzaw fiera b'differenza.
Il-hsieb wara din il-Convention m'huwiex ta' semplici fiera ohra, numru iehor mal-hafna fieri sbieh li ghandna matul is-sena. F'din il-Business Convention l-enfasi nixtiequ li tkun fuq il-kelma Convention. Sejra tkun okkazjoni fejn l-imprendituri sejrin jiltaqghu taht saqaf wiehed sabiex:
- jaqsmu l-idejat taghhom u jkollhom l-opportunit'? li jiltaqghu:
- ma' dawk kollha li joffru servizz lin-negozju, sew jekk huma Dipartimenti tal-Gvern, sew jekk huma agenziji jew Korporazzjonijiet Pubblici,
- sew jekk huma servizzi gejjin mill-oqsma tal-privat li wkoll joffru servizz jew prodott lin-negozju,
- ma' dawk kollha li joffru servizz lin-negozju, sew jekk huma Dipartimenti tal-Gvern, sew jekk huma agenziji jew Korporazzjonijiet Pubblici,
L-GHAN
L-ghan ta' din il-Convention mhux ser jieqaf hawn. Din il-Convention m'hijiex biss xi esebizzjoni ta' stands fejn wiehed jista' jirriklama l-prodott jew servizz tieghu. L-intenzjoni li biha dhalna biex norganizzaw din il-Convention flimkien mal-Korporazzjoni tal-Fieri kienet biex :
- Ikollna okkazjoni fejn b'appuntament annwali nlaqqghu flimkien lis-settur kollu tan-negozju ma' dawk li qeghdin jiehdu decizjonijiet u kif ukoll joffru servizz lis-settur tan-negozju.
- Nimpenjaw f'responsabbilt'? lil dawk kollha li qeghdin ikunu ta' servizz lis-settur tan-negozju u lil dawk li qeghdin jiehdu sehem fit-tehid ta' decizjonijiet biex jahdmu flimkien f'sinergija u ghalhekk ilkoll jikkumplementaw lil xulxin.
- Inkomplu naraw li nersqu lejn bidla ta' mentalit'? lejn aktar professjonalizmu fin-negozju taghna, li ghandu jwassal f'uzu ahjar tas-servizzi finanzjarji li qeghdin jigu offruti lill-istess settur kummercjali.
- Irridu naraw li dawk li qeghdin jahdmu f'din l-intrapriza jisimha Malta lkoll jifhmu x'ghandu jkun sehemhom f'mixja li ghandha twassal lejn zvilupp ekonomiku u sostenibbli ghall-pajjiz.
X'ser taraw f'din il- Convention
F'dawn il-ftit jiem li ser iddum il Convention, ser ikun hemm fis-swali kollha u f'hinijiet varji, numru ta' kelliema li lesti li jwiegbu ghad-domandi li jista' jkollu l-intraprenditur. Mistiedna jiehdu sehem f'dawn il-laqghat, li ser insejhulhom "Niltaqghu Flimkien Ma'……", Ministri, Membri ta' l-Oppozizzjoni u Chairmen u ufficcjali gholja ta' hafna entitajiet pubblici u privati.
Min huma l-mistiedna
Nafu li 'l fuq minn 90% tan-negozju hawn Malta huwa maghmul min-negozji zghar. Negozji li huma fil-parti l-kbira taghhom, negozji tal-familja. F'din il- Convention ser naraw li jkun hemm post ghall-familja Maltija, il-familja ta' l-intraprendituri, li ghalkemm igawdu mill-gid li jgib mieghu in-negozju, jaqsmu l-ansjet'? li jista' jgib mieghu r-riskju u d-decizjonijiet kontinwi li jridu jittiehdu ta' kuljum.
Flimkien ma'
Il-P.B.S. apparti l-coverage li ser taghti kontinwament tul il-fiera, ser itella' programm popolari liveminn gewwa l-Fiera, filwaqt li l-kumitat organizzattiv qieghed jahdem fuq programmi ta' varjet'? li huma ta' attrazzjoni ghal-familja kollha. Is-Showbusiness ukoll huwa parti integrali min-negozju u ghaldaqstant ser ikollu l-opportunit'? li juri xi jsarraf it-Talent Malti.
Stedina
Inheggu lill-intraprendituri kollha u l-familji taghhom sabiex jilqghu din l-istedina biex jithalltu u jaqsmu flimkien idejat waqt li jiltaqghu ma' min ghandu d-dmir li joffrilhom servizz b'efficjenza u b'valur ghal flushom.
L-ewwel Convention tal-Millennju f'Malta ser tkun iddedikata lill-intraprenditur. Ejjew naraw li tkun success.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN