Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha
L-ex Ministru tas-Sahha gie rrapurtat f'gazzetta lokali li qal li minkejja li fil-Parlament u f'konferenza ta' l-ahbarijiet talab l-ismijiet ta' dawk li qalghu aktar minn mitt lira fix-xahar f'overtime minn Settembru 1998 sal-lum, din l-informazzjoni ma nghatatlux. Dan huwa minnu u l-ex Ministru jaf li dan il-Ministeru qed jaghtih biss kemm huwa n-numru ta' haddiema li kull xahar ikunu qed jircievu aktar minn mitt lira fix-xahar f'overtime. Dan qed isir biex tinzamm il-kunfidenzjalita` ta' l-impjegati tad-Divizjoni tas-Sahha. L-ex Ministru jista' jassigura ruhu li l-overtime jinghata bla diskriminazzjoni u biex ikun cert il-Ministru Louis Deguara lest biex itih l-informazzjoni kunfidenzjalment.
Ta' min ifakkar li fil-bidu tal-legislatura, il-Ministru Deguara ghamilha cara li mhux ser ikun hemm diskriminazzjoni fil-konfront ta' hadd u hekk qed isir. Kienet inkjesta li saret matul din l-amministrazzjoni li stabbiliet li kien hemm abbuz u diskriminazzjoni fl-overtime matul it-22 xahar li l-ex Minsitru kien responsabbli mill-qasam tas-sahha. Inkjesta li sahansitra stabbiliet li zewg infermiera kienu intbaghtu jahdmu f'ufficcju fuq talba tal-Ministeru stess biex jorganizzaw il-festini. Ta' dan ix-xoghol f'anqas minn sentejn bejniethom hadu aktar minn Lm40,000. Kienet investigazzjoni ohra li stabbiliet li kien saru rregolaritajiet fil-firem ta' ezaminaturi biex ikunu favoriti xi whud u meta l-ex Ministru kien jaghmel parti mill-gvern qatt ma ta sodisfazzjon dwar dan il-kaz. Ghal diversi mistoqsijiet parlamentari li sarulu dwar meta kienu ser jinhatru l-Paramedic Aides, li l-process tal-hatra taghhom kien beda qabel l-elezzjoni ta' l-1996, l-ex Ministru dejjem wiegeb li risposta tinghata f'seduta ohra u dan minkejja li kien jaf li kien hemm dawn l-irregolaritajiet.
Huwa ghalhekk li wiehed illum jiskanta kif l-ex Ministru jrid jaghti l-impressjoni li dan il-Ministeru qieghed jahbi xi informazzjoni.
L-ex Ministru sahansitra qal li din l-amministrazzjoni qed titlajja' fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xoghol u fis-servizzi provduti. L-ex Ministru diga` nesa li xahrejn wara l-elezzjoni l-impjegati gawdew minn ftehim kollettiv li l-gvern li kien jaghmel parti minnu hu dam jitlajja' fuqu ghal 22 xahar. Jaf l-ex Ministru li kien hemm elf impjegat li nghataw hatra jew promozzjoni fl-ahhar 12-il xahar wara li tnehhiet il-burokrazija li kien holoq il-gvern li kien jaghmel parti minnu hu. Dawn huma fost il-hafna affarijiet li saru matul l-ahhar sena biex ikompli jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xoghol. Dwar t-titjib fis-servizzi, dan il-Ministeru ghadu kif ippubblika r-rapport tas-sena hidma u bla dubju min jirrepeti dak li qal l-ex Ministru jew mhux infurmat, jew inkella jrid ikompli jaghti mizinformazzjoni fuq dak li sar bil-fatti u li jista' jkun konfermat iswed fuq l-abjad.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN