Jinhatar Kumitat bejn ir-Registru ta' l-Artijiet u l-Kullegg Notarili
PR1649
27/10/1999
Nhar l-Erbgha, 20 ta' Ottubru 1999, fuq stedina tad-Direttur Generali Registru Pubbliku ta' l-Artijiet, saret laqgha li ghaliha kienu mistiedna l-membri kollha tal-Kullegg Notarili. Waqt din il-laqgha gie deciz li jitwaqqaf kumitat tekniku. L-iskop ta' dan il-kumitat provizorju huwa li jfittex soluzzjonijiet ghad-diffikultajiet li jistghu jinqalghu minhabba t-tibdiliet li sehhew dan l-ahhar fir-Registru Pubbliku.
Il-kumitat huwa maghmul minn rapprezentanti ta' l-Amministrazzjoni tad-Dipartiment, il-kuntrattur u l-Kullegg Notarili.
Fl-ewwel laqgha li saret il-Gimgha, 22 ta' Ottubru 1999, gie ntrodott u miftiehem il-htiega li jkun hemm Regolatur, mahtur bi qbil bejn l-istess Dipartiment u l-Kunsill Notarili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN