Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Intern dwar ir-registru Pubbliku ta' Malta

PR1632
Date Icon 22/10/1999

Qed issir korrezzjoni ghall-istqarrijiet u rapporti li dehru fil-media dwar il-fatti li graw fir-Registru Pubbliku tul il-Weekend li ghadda -

  1. Il-garr tad-dokumenti u l-informazzjoni registrata fI-Insinwa saret matul il-weekend sabiex dan il-garr jolqot mill-anqas ix-xoghol ta' l-istess Registru Pubbliku. Ghaldaqstant il-mod, hin u zmien li fih sar dan il-garr, bl-ebda mod m'ghandu johloq xi dubbju fuq il-haddiema tar-Registru Pubbliku, jew fuq il-karattru taghhom. Jigi kjarifikat illi minhabba l-esigenzi tal-pubbliku, kif ukoll minhabba li Triq il-Merkanti tintuza mill-Monti, dan ix-xoghol kellu bilfors isir f'hin minnufih wara l-hinijiet normali tax-xoghol nhar il-Gimgha 15 ta' Ottubru sal-Hadd 17 ta' Ottubru 1999. Id-Direttur Generali u/jew rapprezentant tal-Ministeru kienu prezenti matul l-operazzjoni kollha.
  2. Il-pulizija intalbet sabiex tissorvelja l-garr tad-dokumenti mir-Registru Pubbliku ghall-annex gdid fi Triq l-Arcisqof, mhux ghaliex kien hemm biza' dwar xi agir ta' impjegati ta' l-Insinwa, per'? sabiex jigu mharsa d-dokumenti kollha li kienu qed jingarru. Huwa assolutament incidentali li min ra din l-operazzjoni u ma kellux informazzjoni seta' wasal ghal konkluzjonijiet, zbaljati li ghalhekk qeghdin jigu retifikati f'dan il-komunikat.
  3. Jigi ccarat illi ghal ghexiren ta' snin ma kien hemm jiffunzjona ebda metodu iehor ta' ricerka ghajr dak li tigi ordnata ricerka mhux ufficjali minghand il-haddiema tar-Registru Pubbliku; ghalhekk qed jigi dikjarat li minhabba nuqqas ta' alternattiva prattika, hadd ma kkonsidra din il-prattika bhala ksur ta' l-Estacode. Hu wkoll rikonoxxut li amministrazzjonijiet differenti sakemm sabu alternattiva hallew dan l-istat ta' fatt ghaddej.
  4. II-Gvern jiggarantixxi li l-haddiema tar-Registru Pubbliku jibqghu protetti bil-kondizzjonijiet normali ta' kull impjegat tac-Civil u l-istess impjegati ma ghandhom ikollhom ebda incertezza jew biza' dwar l-istabbilit'?, "tenure" u kondizzjonijiet ta' l-impieg taghhom u li f'negozjati immedjati li ser jibdew nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru 1999 mal-UHM ghandu jigi l-ewwel diskuss il-futur ta' dawn il-haddiema fid-dettal sabiex dawn ma jibqghux jghixu fl-incertezza.
  5. Il-haddiema tad-Dipartiment qatt ma kienu kontra l-komputerizzazzjoni serja u "error free" tar-records kollha li jezistu fir-Registru Pubbliku. Kienet l-ghazla ta' l-awtoritajiet koncernati li juzaw ditta privata biex taghmel dan ix-xoghol u din id-decizjoni ma kienet bl-ebda mod rizultat ta' xi agir min-naha tal-haddiema.
  6. L-istess Ministeru jirrzultalu illi diversi rapporti li dehru fil-media ma kenux ezatti u ohrajn kompletament zbaljati. Il-Ministeru ghalhekk jafferma b'sodisfazzjon illi l-haddiema tar-Registru Pubbliku huma favur il-komputerizzazzjoni u li qatt ma ostakolawha.
  7. II-Ministeru jhabbar li b'effett immedjat ser isiru konsultazzjonijiet mal-UHM sabiex l-esperjenza tal-haddiema attwali tar-Registru Pubbliku isir l-ahjar uzu minnha u li tinghata lilhom l-ghajnuna kollha mehtiega sabiex is-servizz tar-Registru jkun ta' l-oghla livell.
  8. II-Ministeru huwa konvint illi lkoll flimkien b'konsultazzjoni shiha ma' rapprezentanti tal-haddiema nistghu nahdmu sabiex il-process jimxi 'l quddiem ghall-gid ta' kulhadd u fl-ahjar interess ta' l-amministrazzjoni, tal-haddiema u tal-pubbliku in generali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow