Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru tas-Sahha jiddeplora programm fuq Radju Super One

PR1631
Date Icon 22/10/1999

Il-Ministeru tas-Sahha jiddeplora bil-qawwa dak li qed jipprova jizra' il-prezentatur ta' Radju Super 1, is-Sur Manwel Cuschieri, kontra l-kampanja "Life Cycle" li saret minn grupp ta' volontarji biex minn jeddhom jigbru flus biex ikunu jistghu jixtru magna tal-kliewi ghall-Isptar San Luqa.

Waqt il-programm tieghu, "Tajjeb li Tkun Taf", Manwel Cuschieri qal li dawn il-volontiera intbaghtu jsuqu r-roti madwar l-Ewropa, ghax il-gvern ma kellux flus biex jixtri dawn il-magni, filwaqt li nefaq flus f'affarijet ohra. Dan mhu minnu xejn.

Tajjeb li wiehed jibda billi jinforma li fir-Renal Unit ta' l-Isptar San Luqa hemm 19-il magna tal-kliewi u 5 ohra li jkunu standby li jfisser li minn dan il-unit jistghu jinghataw kura 38 pazjent kuljum.

Il-grupp li organizza il-kampnja "Life Cycle" kien kollu kemm hu fuq bazi volontarja u gie organizzat minn persuna li mhiex Maltija, li kienet grata ghas-servizz li membru tal-familja taghha nghatat fir-Renal Unit ta' l-Isptar San Luqa. Persuna ohra li daret ma l-Ewropa bir-rota huwa l-infermier inkarigat minn din is-sala, li dan il-Ministeru fahhar ghall-inizjattiva tieghu. Dan il-grupp sab ukoll l-appogg mill-ex Minsitru tas-Sahha waqt l-attivitajiet li organizza u sahansitra hu fahhar din l-inizjattiva u awgura li jkun hemm ohrajn bhala. Hu ghalhekk li wiehed jiskanta kif is-Sur Cuschieri qed jinqeda b'din il-kampnaja biex jaghmel propoganda u li ma taghmilx denn lill-istazzjon li qed tixxandar fuqu.

Ghalhekk, dan il-Ministeru jikkundanna bla riservi l-attegjament tas-Sur Manwel Cuschieri talli qed juza din il-kampanja volontarja li turi apprezzament, kemm ta' klijent kif ukoll ta' impjegat ta' l-Isptar San Luqa biex minnha jaghmel issue politika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow