Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb lill-Onor. Michael Farrugia dwar ir-Rapport tal-Ewwel Sena ta' Hidma
B'dak li qal waqt konferenza ta' l-ahbarijiet biex jirrispondi ghar-rapport tas-sena hidma tal-gvern prezenti, l-ex Ministru tas-Sahha ikkonferma li biex isib x'jikkritika irid jaghti misinformazzjoni.
L-ex Ministru gie rapurtat li qal li din l-amministrazzjoni naqqset il-vot tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha. Dan mhux minnu. Anzi kienet din l-amministrazzjoni li regghet ziedet il-vot ta' dan id-dipartiment wara li l-Gvern precedenti, li kien jaghmel parti minnu l-ex Ministru, kien naqqas il-vot ta' dan id-Dipartiment bin-nofs. Dan kollu jista' jkun konfermat mill-estimi tal-budget. Possibbli issa anke dak li hu iswed fuq l-abjad irid ighid li mhux veru l-ex Ministru. Barra minhekk, ghall-ewwel darba f'dan id-dipartiment, inhatret Direttrici li tista' taghti direzzjoni lid-dipartiment li kien thalla minghajr kap.
Hu assolutament mhux veru li fl-Isptar Zammit Clapp qed jidhlu pazjenti akuti
Fil-konferenza ta' l-ahbarijiet, l-ex Ministru qal ukoll li l-impjegati huma demotivati minhabba nuqqasijiet fl-amministrazzjoni. Wiehed tajjeb li jfakkar li kien proprju fi zmien li l-ex Ministru kien responsabbli minn dan il-qasam li c-Chairman u l-Matron ta' l-Isptar Zammit Clapp irrizenjaw minhabba indhil politiku. Kif jistghu ikunu demotivati l-elf ruh li fl-ahhar sena nghataw hatra jew promozzjoni, li whud minnhom kien ilhom jistennewha snin minhabba burokrazija gdida li kien holoq il-Gvern precedenti u li issa tnehhiet minn din l-amministrazzjoni. Ghaliex l-ex Ministru ma jmurx jistaqsi lil dawk kollha li ser japplikaw ghall-400 hatra ohra li ser jinghataw fil-gimghat li gejjin jekk hux qed ihossuhom demotivati.
L-akbar demotivazzjoni ghall-impjegati kienet meta kienu jaraw impjegati ohra bhalhom jinghataw sahra b'diskriminazzjoni u infermiera li tpoggew jahdmu f'ufficcju biex jorganizzaw festini u ricevimenti u talli jaghmlu dan ix-xoghol kienu jahdmu nhar ta' Hadd, kif ukoll jahdmu s-sahra. L-infermiera kienu demotivati meta d-direttrici li nhatret apposta biex thares l-interessi taghhom inghatat il-genb u t-transfers bdew isiru minn persuna li ghamlet zmien tahdem fis-segretarjat tal-Ministru u illum tinsab akkuzata rigward l-awtenticit'? tal-firem fl-ezamijiet tal-paramedic aides. L-ex Ministru ma setax ghazel gurnata aghar biex jghid li l-impjegati huma demotivati, proprju lejliet l-inawgurazzjoni ta' l-ewwel koperattiva fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha. Progett mibdi minn
Gvern Nazzjonalista fl-1996 li wera bic-car li ladarba l-impjegati tal-gvern jinghataw l-ghodda u l-incentivi, huma kapaci daqs jew aktar minn kull haddiem iehor. Progett li minnu l-poplu Malti ffranka aktar minn Lm230,000 fis-sena u dan ghaliex il-haddiema fehmu x'inhu u min irid l-ahjar gid ghalihom. L-ex Ministru nesa meta, bl-iskuza ta' redeployment, nghataw aktar minn 69 transfer, fi sptar wiehed, f'gurnata wahda fi zmien li hu kien Ministru responsabbli mis-Sahha.
Jekk hemm settur fil-qasam tas-sahha li l-ex Ministru missu ma jitkellem xejn dwaru huwa dak ta' l-Isptar il-Gdid. L-ex Ministru jahseb li l-poplu jhares lejn l-Oppozizzjoni bhala xi pijuniera f'dan l-isptar, meta sa 3 snin ilu kienet qed thedded li ser twaqqghu. Illum nafu xi sptar kien ser ikollu l-poplu kieku fil-Gvern ghad hemm il-Partit ta' l-Opozizzjoni. Sptar mudlam, blokki ta' bini f'xulxin, fotokopja ta' l-isptar San Luqa li nbena 60 sena ilu. Jekk ix-xoghol waqa' lura dan kien minhabba nuqqas ta' ppjanar li sar matul l-amministrazzjoni precedenti li kienet iddecidiet li tirdoppja s-sodod f'dan l-isptar izda min-naha l-ohra ma hasbitx biex izzid is-servizzi. Ma hasbitx kif ladarba l-isptar irdoppja jridu jirdoppjaw ukoll is-servizzi ta' l-ilma, l-elettriku, d-drenagg u t-toroq li jwasslu ghal dan l-isptar. Illum kulhadd mohhu mistrieh li jaf li dan l-isptar ser ikun sptar ta' eccellenza li huwa denn tal-poplu Malti u tal-professjonisti li ser jahdmu fih.
Settur iehor li l-ex Ministru messu joqghod attent kif jikkritika huwa dak tas-sahha mentali. L-impenn tal-gvern f'dan is-settur matul din is-sena kien ta' mija fil-mija u xhieda ta' dan mhumiex biss id-diversi xoghlijiet strutturali li qed isiru fl-Isptar Monte Carmeli, imma wkoll l-impenn imgedded tal-Kummissjoni ghas-Sahha Mentali. Impenn li l-Oppozizzjoni kienet mistiedna biex tippartecipa fih izda sal-lum ghada ma laqghetx din l-istedina. Jekk l-ex Ministru jrid li jkun kredibbli almenu messu jaghmel pressjoni biex jinhatar membru minn naha ta' l-Oppozizzjoni fuq il-Kummissjoni biex ma jibqax jipprattika l-politika tal-'Le ghal kollox'.
Ghaldaqstant dan il-Ministeru jappella lill-Oppozizzjoni u lill-ex Ministru biex ma jkomplux jipprovaw joskuraw il-qasam tas-sahha u mill-gdid jistieden lill-Oppozizzjoni biex taghraf li dan huwa settur li mhux tal-partiti imma settur li jahdem ghall-poplu Malti u Ghawdxi kollu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN