Jitlesta r-Rapport Tekniku preliminari dwar il-Breast Screening
Ic-Chairman tal-Kumitat dwar il-Breast Screening ipprezenta rapport tekniku preliminari lill-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, ghaxar t'ijiem ilu. Il-Kumitat hu mistenni li jiltaqa' fil-jiem li gejjin biex jiffinalizza r-rapport.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha waqt kummenti li ta lill-gurnalisti dalghodu.
Louis Deguara qal li l-impenn tal-gvern fl-introduzzjoni ta' dan is-servizz ikompli jidher fil-fatt li sar kuntatt ma' unit fl-Ingilterra li jipprovdi dan is-servizz f'zona li ghandha popolazzjoni daqs Malta. Hu kompla jghid li ladarba ir-rapport tekniku jkun akkumpanjat bir-rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni, kopja tieghu ser tintbaghat f'dan il-unit biex minn hemm ukoll ikunu jistghu jinghataw pariri dwar programm ta' l-implimentazzjoni..
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-ispekulazzjonijiet li qed jinxterdu li l-gvern m'ghandu l-ebda hsieb li jipprovdi dan is-servizz huma bhas-soltu minghajr bazi u infondati u dan huwa konfermat mill-fatt li sar ukoll il-kuntatt ma' dan il-unit li lest jaghti parir dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-iscreening fuq skala nazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN