Formoli ghal ghotjiet ta' manteniment lill-istudenti
L-istudenti kollha li minn din is-sena jikkwalifikaw għall-iskema l-'dida ta' Għotjiet ta' Manteniment, huma mgħarrfa li l-formoli li jridu jimlew biex jirċievu dawn l-għotjiet, minn nhar it-Tnejn ikunu fl-iskejjel u l-kulle''i rispettivi tagħhom, kif ukoll fl-Universit'?.
Hu importanti li l-istudenti jirtiraw formola u jimlewha u jirritornawha fl-istess uffiċċju sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru biex ikunu proċessati ħalli l-ħlasijiet joħor'u kif imħabbar, matul ix-xahar ta' Novembru. Flimkien mal-formola mimlija l-applikanti għandhom jippreżentaw ukoll fotokopja tal-Karta ta' l-Identit'? tagħhom.
Se jibbenefikaw mill-iskema l-'dida ta' Għotjiet ta' Manteniment dawk l-istudenti li qed isegwu kors ‘full-time' kif 'ej:
- dawk l-istudenti Universitarji li bdew il-korsijiet tagħhom minn Ottubru 1997 'l hawn.
- l-istudenti fl-ewwel sena tal-Junior College,
- l-istudenti fl-Iskola Nawtika,
- l-istudenti fl-Institute of Health Care,
- l-istudenti li qed jagħmlu it-Technology Education Course u
l-General Course in Engineering, fl-Umberto Colosso Trade School
u Stefano Zerafa Trade School,
- l-istudenti fil-Pre-School Education Course,
- l-istudenti fis-St. Theresa College (Health Care),
- l-istudenti fil-Carmen Carbonaro School of Hairdressing,
- l-istudenti fis-Sir Hannibal Scicluna Secretarial School,
- l-istudenti fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School,
- l-istudenti fil-Paolino Vassallo, Upper Lyceum,
- l-istudenti fis-Sir Mikelang Refalo Centre for Further Studies f'Għawdex,
- l-istudenti fl-ewwel sena Sixth Form fil-Kulle'' San Alwi'i,
- l-istudenti fl-ewwel sena Sixth Form fil-Kulle'' De La Salle, u
- l-istudenti fl-ewwel sena Sixth Form fil-Kulle'' St. Edward's.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN