Il-Ministru Louis Deguara jinawgura l-ewwel Koperattiva fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha
Il-filosofija tar-Riforma fil-Qasam tas-Sahha tirrifletti b'mod car il-policy tal-Gvern prezenti. Ir-riforma tesigi li fit-totalit'? taghha tkun ta` beneficcju ghall-pubbliku.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu nawgura l-ewwel koperattiva fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha li ssemmiet "Koperattiva Linen Service".
Louis Deguara qal li filwaqt li l-ghan ewlieni tar-riformi hu li jghollu l-livell tas-servizz fil-Qasam tas-Sahha, huma mmirati wkoll biex jidentifikaw u jrazznu l-infieq u l-hela. Dan l-ghan ghandu jintlahaq mhux billi titbaxxa l-kwalit'? tas-servizzi fis-settur, izda billi ssir glieda kontra l-hela.
Il-laundry intghazlet biex tkun l-ewwel settur li fih tigi mnedija r-riforma. Ma kenitx ghazla facli, qal Louis Deguara, anzi kienet decizjoni ambizzjuza li turi bic-car il-fiducja li l-amministrazzjoni prezenti ghandha fil-haddiema taghha. Wara li sar studju xjentifiku, tfasslet ir-riforma bil-partecipazzjoni tal-haddiema nfushom, b'miri ta' efficjenza u kwalit'? bl-inqas spejjez possibbli. Il-fiducja tal-gvern issarrfet f'hidma intensiva, tenna l-Ministru Deguara.
Dan is-settur inghata identit'? gdida bil-holqien tal-Hospital Linen Service. Fi zmien qasir dan is-settur gie moghti l-awtonomija u dan kien pass importanti, kemm ghall-efficjenza u produttivit'?, kif ukoll pass vitali fit-triq lejn l-awtonomija ta` l-isptarijiet. Inholqot struttura gdida ta` management, is-sistemi gew razzjonalizzati u l-process ta` xiri u distribuzzjoni centralizzati.
Louis Deguara qal li r-rizultat tar-riforma f'dan is-settur kien ta` success kbir, tant li f'inqas minn tlett snin bil-partecipazzjoni u s-sapport kontinwu tal-haddiema, tjiebet il-performance tal-management,tjiebet il-performance tal-haddiema tant li l-produttivit'? zdiedet b'izjed minn 3 darbiet, inbidlet il-kultura tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol, b'rizultat li s-sick leave naqas bin-nofs, tjiebu l-produzzjoni u l-qliegh, gew introdotti b'mod pozittiv il-partecipazzjoni tal-haddiema fil-bidliet biex zdiedet ir-responsabbilt'? u l-akkontabbilt'? fost il-haddiema nfushom, gholew il-livell tal-kwalit'? ta` kif il-prodott jasal ghand il-klijent, giet introdotta sistema ta` servizz ibbazat fuq puntwalit'?, gew eliminati l-problemi ta` irfiegh u telf tal-bjankerija u l-poplu Malti ffranka Lm223,300 fis-sena.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-frott tal-hidma tad-Dipartiment tal-Policy u Ppjanar tas-Sahha wera bic-car li l-haddiema tal-Gvern meta jkunu motivati u mmexxija professjonalment huma kapaci u efficjenti daqs haddiehor.
Hu kompla jghid li s-success miksub fil-laundry qawwa qalb il-Ministeru tant li dahal ghal bicca xoghol ohra, dik tat-tindif ta` l-isptarijiet, li fil-prezent huwa wkoll kagun ta` kritika gustifikata min-naha tal-klijenti. Wara ppjanar bis-shih u wara konsultazzjoni wiesgha u kontinwa mal-unionsmexjin lejn it-twaqqif ta` koperattiva ohra. Louis Deguara qal li jinsab fiducjuz li jinkiseb l-istess rizultati tajbin li inkisbu fil-laundry.
Qabza ohra fil-kwalit'? tas-servizz provdut lill-klijenti ser ikun dak ta' l-ikel. Il-Ministru Deguara qal li fl-1996 kien inbeda il-pre plating ta` l-ikel li tqassam gewwa s-swali godda ta` l-Ortopedija. Servizz li kien success, tant li f'dawn is-swali hadd ma` baqa` jgorr mill-ikel. Izda nstab li dan is-servizz ma jistax jinghata lill-isptar kollu. Ghalhekk ittiehdet id-decizjoni li dan is-servizz jigi privatizzat u jinhargu tenders. Madankollu xorta nghata garanzija lill-unions, kif ukoll lill-haddiema, li min din il-bidla ser jibbenefikaw ukoll.
Il-Ministru Deguara temm id-diskors tieghu billi rringrazzja lid-Dipartiment tal-Policy u pjanar, lill-management tal-Hospital Linen Services, lill-haddiema ta' din il-koperattiva u l-bord tal-koperattivi ghall-impenn taghhom biex twaqqfet din il-koperattiva. Hu rringrazzja lill-haddiema u lill-unions li jirraprezentawhom talli wrew li lesti li jinqatghu minn kuncetti antikwati, talli kienu partecipi fil-bidliet mehtiega, talli ma bezghux mill-bidla li kellha bzonn issir, anzi ghenu biex il-membri taghhom jeghlbu kull biza` li seta` kellhom dwar l-impjieg taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN