Left arrow Mur Lura

Inkjesta dwar id-dhul fil-Kors tal-Medicina

PR1613
Date Icon 20/10/1999

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Louis Galea, ħatar Bord ta' Inkjesta biex jinvestiga d-dħul ta' studenti fil-Kors tal-Mediċina u l-Kirur'ija fl-Universita'. Il-Bord hu magħmul mill-Imhallef Albert Manche' li 'ie maħtur kif titlob il-li'i ta' l-1977 dwar l-Inkjesti.

Il-każ dwar il-kors tal-Mediċina tqajjem mill-Kelliem ta' l-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, l-Onor Evarist Bartolo, f'dawn il-'ranet meta talab spjegazzjoni dwar kif 11-il student, fosthom bint il-Ministru tas-Saħħa, kienu ammessi għall-Kors tal-Mediċina fl-Universita'.

Minkejja l-ispjegazzjonijiet li ngħataw mill-Ministru Galea u l-Universita', il-Kelliem ta' l-Oppożizzjoni baqa' jsostni li mhux sodisfatt. Għaldaqstant ser issir din l-inkjesta indipendenti kif titlob il-li'i għaliex sew il-Ministru kif ukoll l-Universita` għandhom kull interess li l-verita ti'i stabbilita'.

Il-Bord ta' Inkjesta hu magħmul mill-Imħallef Albert Manche' li ingħata l-inkarigu biex:

  1. Jeżamina d-deċiżjoni li ħadet l-Universita' fir-rigward ta' l-ammissjoni ta' studenti fil-kors tal-Mediċina u l-Kirur'ija li beda f'Ottubru 1999;
  2. Jara jekk l-Universita' imxietx skond ir-Regolamenti; u
  3. Jeżamina jekk il-proċeduri sarux b'mod 'ust u ekwu.

Il-Bord ta' Inkjesta ingħata erba' 'imgat biex jippreżenta r-rapport tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow