Cerimonja ta' tqeghid ta' l-ewwel gebla ta' Centru Sportiv fl-Gharb
F'cerimonja li saret nhar is-Sibt, 16 ta' Ottubru 1999, tqeghdet l-ewwel gebla tal-kumpless sportiv li ser jinbena fi Triq Tumas Cassar, fl-Gharb. Ic-cerimonja kienet ippreseduta mill-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, fil-prezenza tas-Sindku tal-Kunsill Lokali, is-Sur David Apap Agius, membri ohra tal-Kunsill Lokali, l-Ispeaker tal-Parlament u deputati Parlamentari Ghawdxin.
Waqt ic-cerimonja giet iffirmata skrizzjoni fuq parcmina mis-Sindku u Kunsillieri prezenti, mill-Ministru ghal Ghawdex u mill-Ispeaker tal-Parlament. L-istess parcmina tqeghdet gol-gebla kommemorattiva li giet issigillata mill-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono u mbierka mill-Arcipriet ta' l-Gharb, Dun Karm Gauci.
Saru wkoll messaggi ta' l-okkazjoni mill-Onor Ministru ghal Ghawdex u mis-Sindku ta' l-Gharb. Fost affarijiet ohra l-Ministru ghal Ghawdex ferhet lill-Kunsill Lokali ta' l-Gharb ghaliex gharaf jinvesti l-fondi mghoddija lilu u jibbilancja l-hidma tieghu fuq diversi oqsma importanti, fosthom fil-qasam ta' l-infrastruttura, fil-qasam kulturali u fil-qasam ta' l-isports. Is-Sindku fid-diskors tieghu semma diversi pjanijiet ta' xoghol mill-Kunsill tieghu li jinkludu t-tkomplija tat-tarmak fi Triq Frenc ta' l-Gharb, Molina u San Katald u anke l-ewwel kisja ta' tarmak fi Triq Birbuba.
Dwar il-Kumpless Sportiv, is-Sindku qal li dak li nbeda huwa biss parti minn progett vast ta' rikreazzjoni ghall-familja kollha, li ghandu ppjanat il-Kunsill. Huwa awgura li fi zmien qasir ikun jista' jigi inawgurat is-saqaf ta' dan il-kumpless li ser jigi konvertit f'belvedere/play area li ilu hafna jinhass il-bzonn tieghu gewwa l-lokalit'?. Is-Sindku rringrazzja lir-residenti tal-koperazzjoni li dejjem urew, b'mod specjali lil numru ta' bdiewa li ricentament offrew xoghol volontarju sabiex issewwiet it-triq ta' Wied il-Mielah.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN