Spezzjonijiet fuq apparat tat-telegrafu minghajr fili f'Ghawdex
Id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili qiegħed jagħmel spezzjonijiet fuq is-settijiet kollha liċenzjati tal-VHF bil-għan li jiżgura li l-Kanal 70 ta' kull apparat tal-VHF ji'i wżat biss għal Digital Selective Calling (DSC) jew inkella jkollu ji'i mneħħi. '?alhekk, is-settijiet kollha tal-VHF qegħdin ji'u ċċekkjati biex ikunu konformi mar-rekwiżiti 'odda wara l-introduzzjoni tal-Global Maritime Distress and Safety System (GMDSS) b'effett mill-1 ta' Frar 1999.
'?all-konvenjenza tal-persuni residenti f''?awdex, re'għu saru arran'amenti bejn il-Ministeru għal '?awdex u d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili biex ikun hemm uffiċċjal tekniku f''?awdex biex jittestja l-apparat tal-VHF ta' dawk li għadhom ma ssottomettewx is-sett tagħhom.
Dawn l-ispezzjonijiet ser isiru nhar il-Erbgħa, 27 ta' Ottubru u nhar il-Hamis, 28 ta' Ottubru 1999, fejn rappreżentant ser ikun preżenti fl-Uffiċċju tal-Fisheries fl-Im'arr, bejn id-9.00 ta' filgħodu u l-3.00 ta' wara nofsinhar.
Persuni li għandhom apparat VHF huma mitluba jieħdu l-karta ta' l-identita' u kopja tal-liċenzja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN