Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd iwiegeb lill-Onor. Noel Farrugia

PR1600
Date Icon 19/10/1999

Il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni l-Onor. Noel Farrugia, ghalkemm fiz-zmien meta kien Ministru kien hemm nuqqas ta' tlettax-il elf u hames mitt Lira (LM 13,500) minn halq il-bdiewa fl-esportazzjoni tal-patata fl-1998, qed jipprova jdawwar fuq haddiehor l-operat tieghu stess.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, bi twegiba ghall-istqarrijiet numeruzi mahruga mill-istess Onor. Farrugia.

Il-Perit Ninu Zammit jixtieq ifakkar lill-istess deputat Noel Farrugia dawn il-punti :

  • Il-Gvern prezenti gab prezz rekord ta` LM 14.20/qantar ghall-patata Sant'?,
  • Il-Gvern prezenti, gab prezz medju ta` LM 10.50/qantar ghall-varjet'? Alpha fl-ahhar stagun, u dan minkejja li l-kuntratt kien gie mghobbi bi spejjez ‘extra' ta` madwar LM 3.50 kull tunnellata u dan kagun tal-kuntratt li kien iffirma l-istess deputat Noel Farrugia,
  • Minkejja l-ftahir ta` l-istess deputat Farrugia, il-prezzijiet medji tal-patata imhallsa fi zmien meta hu kien jokkupa l-kariga ta` Ministru kienu rekord ukoll bhala l-inqas prezzijiet fl-ahhar hames snin.

Il-Ministru Ninu Zammit fakkar fl-iskandlu fl-esportazzjoni ta` hxejjex lejn l-Ingilterra meta b`mod irresponsabbli tnaqqsu minn halq il-bdiewa tlieta u ghoxrin elf u hames mitt Lira (LM 23,500) biex jitghatta l-ingann u l-inkompetenza ta' min kien responsabbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow