Seminar dwar il-Konsumatur f'Ghawdex
Il-Kunsill tal-Konsumatur bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ghal Ghawdex organizza seminar bis-suggett "Il-Konsumatur f'Ghawdex" bil-ghan illi tinholoq kuxjenza akbar dwar id-drittijiet u l-obbligi, kemm tal-konsumatur kif ukoll tal-kummercjanti, b'referenza specjali ghal Ghawdex.
Waqt il-ftuh ufficjali ta' dan is-seminar, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono rringrazzjat lill-Kunsill ghall-Affarijiet tal-Konsumatur ghall-organizzazzjoni ta' dan is-seminar bhala parti mill-impenn tieghu sabiex il-konsumaturi jkunu dejjem aktar infurmati. Il-Ministru ghal Ghawdex qalet illi dan is-seminar jippromwovi l-koperazzjoni bejn il-bejjiegha u x-xerrejja tal-prodotti u servizzi ghaliex kienu mistiedna u prezenti r-retailers, Kunsilli Lokali, ghaqdiet volontarji b'interess fis-suggett u l-konsumaturi.
L-Onorevoli Debono qalet ukoll illi jrid ikun hemm sistemi efficjenti u effettivi li jharsu lill-konsumatur u jikkastigaw lil min iqarraq bih, izda fl-istess waqt ighinu u jinkoraggixxu lil min jipproduci jew ibiegh il-prodotti u s-servizzi. Il-Ministru ghal Ghawdex qalet illi hemm bzonn li f'Ghawdex jkun hemm Organizzazzjoni tal-Konsumaturi li tkun tista' taghti kontribut pozittiv ghat-tkabbir ekonomiku u ghat-titjib fil-kwalit'? ta' hajja.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onorevoli Dr George Hzyler, qal li fil-qasam tal-harsien tal-konsumatur, ghad hemm hafna xoghol xi jsir sabiex tassew inkunu nistghu nghidu li lhaqna l-livelli ta' harsien li hemm f'pajjizi ohra, fosthom dawk Ewropej – kemm ghal dawk illi huma strutturi regolatorji, kif ukoll ghal dak li ghandu x'jaqsam mar-revizjoni tal-ligijiet dwar il-konsumatur. Irid jinbeda process fejn issir valutazzjoni ta' l-istrutturi ezistenti u l-poteri taghhom fid-dawl tal-bzonnijiet tal-konsumaturi u tal-kummercjanti onesti. Il-poteri regolatorji jridu jkunu effettivi izda fl-istess hin flessibli, b'mod illi jistghu jigu addattati skond ic-cirkostanzi tal-kaz u ghall-htigiet ta' socjet'? li kontinwament qed tinbidel.
Il-qafas amministrattiv li jfassal policies dwar il-konsumatur irid ikun strutturat b'tali mod illi tkun tista' ssir konsultazzjoni kontinwa mar-rapprezentanti tad-diversi setturi li ghandhom interess genwin fil-qasam tal-harsien tal-konsumatur. Dr Hyzler semma wkoll t-thejjija ta' ligijiet godda li jkunu mfassla fuq id-Direttivi dwar il-konsumataur ta' l-Unjoni Ewropea. Ghal dan il-ghan, l-Gvern hatar Task Force specjalizata f'dan il-qasam, li fost hwejjeg ohrajn qed tiehu hsieb li thejji l-ewwel abbozzi ta' ligijiet godda, kemm biex jigu aggornati l-ligijiet li dig'? jezistu, kif ukoll biex jigu regolati oqsma godda li dwarhom sa llum ma hemmx regoli specifici.
Matul dan is-seminar gew diskussi wkoll fost l-ohrajn is-servizzi li jaghti d-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur, it-Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumatur, is-servizzi moghtija lill-konsumatur f' Ghawdex, l-edukazzjoni tal-konsumatur, ir-rwol ta' l-ghaqdiet tal-konsumatur u l-politika tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea u l-Ligijiet Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN