Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Intern ihabbar il-komputerizzazzjoni tar-Registru Pubbliku

PR1590
Date Icon 16/10/1999

Minn nhar it-Tnejn li gej, ir-ricerka kollha tar-Registru Pubbliku se tkun offruta b'mod kompjuterizzat. Dan wara li parti mill-informazzjoni u dokumenti li jinsabu fir-Registru gew kompjuterizzati u ghalhekk ir-ricerka m'hux se ssir izjed b'mod manwali.

Dan qalu l-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, f'konferenza ta' l-ahbarijiet li saret dal-ghodu.

Il-Ministru Borg spjega li sal-lum, kull min b'xi mod kien involut fi trasferiment ta' propjeta`, kien irid jaghmel ricerka biex jiccekkja l-kuntratti tat-trasferiment, kif ukoll biex jara jekk fuq dik il-propjeta` kienx hemm dejn li jkun ghadu jrid jithallas.

Ir-ricerka, sal-lum kienet issir b'mod manwali, u barra li kienet tiehu madwar tliet gimghat biex titlesta, ma kienx ikollha timbru ufficjali, bir-riskju kollu jmur fuq spallejn il-konsumatur.

Dr Borg habbar li nhar it-Tlieta li ghaddew, il-Gvern iffirma ftehim mal-kumpanija Eureka Services Ltd. li permezz tieghu il-Gvern xtara d-databases li fihom l-informazzjoni u l-kuntratti kollha tar-Registru Pubbliku li prezentement qeghdin f'idejn il-kumpanija.

Il-Gvern rabat ukoll lill-kumpanija biex:

  1. tikkompjuterizza d-data kollha mit-twaqqif tar-Registru Pubbliku (1854) u
  2. ghall-ghaxar snin li gejjin tikkompjuterizza kull kuntratt li jidhol fir-Registru Pubbliku u l-Gvern jibqa' l-propjetarju tad-data dwar dawk il-kuntratti.

Din il-kumpanija inghatat esklussivita` biex taghmel din ir-ricerka f'isem il-Gvern ghall-ghaxar snin li gejjin. Il-Ministru spjega li s-servizz se jibqa' jigi offrut mill-Gvern u ma giex privatizzat. Il-Eureka qed tahdem bhala sub-contractor imqabbda mill-Gvern.

Il-vantaggi ta' din is-sistema, spjega l-Ministru Borg, huma erbgha:

  1. Ir-ricerka kollha se tkum kompjuterizzata. Dan jikkontribwixxi biex ir-ricerka tkun aktar preciza u accessibbli izjed malajr.
  2. Il-kumpanija intrabtet li r-ricerka titlesa sa sebat ijiem tax-xoghol (working days) minn meta ssir it-talba. B'hekk il-klijenti se jibdew jinqdew f'terz taz-zmien li fih kienu jindew qabel.
  3. Ir-ricerka se tkun ufficjali, fejn qabel kienet issir b'mod m'hux ufficjali. Dan izid is-serjeta` u l-akkontabilita` ta' min jipprovdi r-ricerka.
  4. Ir-ricerka kollha hija assigurata kontra l-izbalji. Il-Gvern assigura s-sistema u se jidhol garanti ghal kull zball li r-ricerka jista' jkollha.

Il-Ministru zied ighid li l-kumpanija intrabtet ukoll li tikkompjuterizza t-testmenti kollha sa Frar tas-sena d-diehla. B'hekk anke s-sistema tar-ricerka fuq testmenti se ssir aktar bil-heffa u assigurata kontra l-izbalji.

Bhala mizura immedjata, qal il-Ministru Borg, id-dokumenti kollha li kien hemm fir-Registru Pubbliku, kif ukoll l-Indici, il-bierah gew trasferiti fil-bini fejn kien hemm l-Ufficcju tal-Passaporti. Din l-operazzjoni bdiet il-bierah fil-ghaxija u hadet il-lejl kollu biex giet konkluza.

Il-Kumpanija se tibda topera minn dan l-ufficcju, pero` il-pubbliku u n-nutara jiqbghu jigbru r-ricerka kif kienu jaghmlu s'issa mir-Registru Pubbliku. Il-Kumpanija hija marbuta li toffri dan is-servizz biss f'isem il-Gvern u ma tistax toffri li taghmel ricerka b'mod privat.

Il-Ministru Borg temm id-diskors tieghu billi tkellem dwar l-opportunitajiet kbar ghall-futur li saru possibbli permezz ta' din is-sistema kompjuterizzata. Il-pjan huwa li fil-futur l-informazzjoni kollha tar-Registru Pubbliku u r-Registru ta' l-Artijiet jigu amalgamati u r-ricerka tkun tista' ssir minn post wiehed. Hemm ukoll il-pjanijiet biex dan is-servizzi jigi wkoll offrut on-line, naturalment bi hlas.

Ma' din is-sistema dahal ukoll is-servizz ta' freephone, fax u e-mail ghal min ikun irid jordna r-ricerka mid-dar.

Ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari Gorg Pullicino li spjega xi dettallji teknici ta' din is-sistema.

Kien hemm prezenti wkoll Dr Godwin Grima li dan l-ahhar inhatar Direttur Generali tar-Registru Pubbliku u r-Registru ta' l-Artijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow