Left arrow Mur Lura

L-ahhar thejjijiet ghat-"Teachers' Convention"

PR1589
Date Icon 16/10/1999

Il-Ministeru ta' L-Edukazzjoni, permezz tal-Kumitat organizzattiv qed jaghmel l-ahhar thejjijiet ghat-"Teachers' Convention" li se ssir is-Sibt, 13 ta' Novembru 1999 fid-disgha ta' filghodu fis-sala tal-Mediterran ghall-Konferenzi il-belt.

Kif di'a' thabbar f'Konferenza Stampa li ta l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Louis Galea aktar kmieni dan ix-xahar, din se tkun l-okkażjoni li fiha n-nazzjon Malti jghid grazzi lill-ghalliema kollha li llum huma rtirati, tal-hidma u l-impenn taghhom fl-edukazzjoni tal-'ens Malti.

Il-programm jikkonsisti f'quddiesa konċelebrata ta' radd il-hajr mill-Isqof Annetto Depasquale flimkien ma' ghadd ta' saċerdoti li kienu ghalliema jew diretturi spiritwali.

Wara jkun hemm waqfa twila ghall-kafe' fejn il-parteċipanti jkollhom l-opportunita' li jiltaqghu ma' ghalliema ohra u mal-mistednin speċjali.

Fit-tieni taqsima tal-programm ikun hemm diskorsi ta' l-okażjoni u siltiet muzikali b'xoghlijiet ta' Prof. Mro. Joe Vella u Prof. Mro. Charles Camilleri. Jaghlaq il-Konvenzjoni il-President ta' Malta li f'isem il-poplu Malti jrodd hajr lil kull min kellu sehem fl-edukazzjoni ta' pajjiżna matul dan l-ahhar seklu ta' dan il-millenju.

Fost il-mistiedna distinti se jkun hemm il-Prim Ministru, l-ex Presidenti ta' Malta, l-ex Ministri jew Segretarji Parlamentari fi hdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, ex Segretarji Permanenti, ex Diretturi u ex Retturi ta'
l-Universita.

Se jkun hemm faċilitajiet ta' parking fl-Akkademja tal-Pulizija f'Sant Jiermu ghal dawk li jmorru bil-karozzi taghhom filwaqt li jkun provdut servizz ta' trasport bil-coaches tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni minn fejn l-Arena ta' l-Indipendenza saċ-Ċentru tal-Konferenzi qabel u wara ċ-ċelebrazzjoni.

Dawk l-ghalliema li sa nhar il-Ġimgha 22 ta' Ottubru ma jkunux ircivew stedina formali u jixtiequ jattendu huma mitluba jċemplu minnufih fuq in-numri 220183 jew 237702 biex jintbaghtilhom invit.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow