L-Istipendji jithallsu f'Novembru
L-Ghotjiet ta' Manteniment lill-istudenti fil-livell Post-Sekondarju u Terzjarju se jibdew jithallsu f'Novembru.
Studenti li bdew il-korsijiet Post-Sekondarji fl-1 ta' Ottubru ta' din is-sena u li jikkwalifikaw ghal dawn l-ghotjiet, fix-xahar ta' Novembru se jirċievu ċekk ta' Lm140 li jkopri l-ghotja fissa ghax-xahar ta' Ottubru u l-Lm100 li l-Gvern se jaghtihom fil-bidu ta' kull sena akkademika biex taghmel tajjeb ghall-ispejjeż ta' xiri ta' kotba jew materjal iehor li jghinhom fl-istudji taghhom.
Studenti li issa qeghdin fit-tieni sena ta' kors Post-Sekondarju se jibqghu jithallsu fuq l-iskema l-antika u allura f'Novembru jirċievu ċekk ta' Lm48.92c li jkopri l-istipendju ta' Ottubru.
Studenti Post-Sekondarji li qed jistudjaw korsijiet li ghalihom se tapplika ghall-ewwel darba l-iskema u li qatt qabel ma rċivew benefiċċji finanzjarji minghand l-Istat, se jibbenefikaw mill-iskema l-'dida.
L-istudenti Universitarji li bdew il-korsijiet taghhom qabel l-1 ta' Ottubru 1997 se jibqghu jithallsu bir-rati l-antiki u jirċievu l-ewwel ċekk taghhom f'Novembru.
Dawk l-istudenti universitarji li bdew il-korsijiet taghhom ghall-ewwel darba fl-1 ta' Ottubru 1999 se jikkwalifikaw ghall-iskema l-'dida ta' l-Ghotja ta' Manteniment u f'Novembru jirċievu ċekk ta' Lm360.
Dan l-ammont ji'bor fih is-Lm60 tax-xahar ta' Ottubru, l-ghotja ta' Lm200 li tinghata fil-bidu ta' kull sena akkademika biex l-istudenti jixtru kotba u materjal iehor mehtie' ghall-istudju taghhom u Lm100 li hi parti mill-ghotja ta' Lm400 ta' darba biss biex tghinhom jixtru apparat mehtie' ghall-istudji taghhom.
Studenti Universitarji li bdew il-kors taghhom f'Ottubru 1997 jew Ottubru 1998 se jirċievu Lm100 ohra akkont ta' l-ghotja ta' Lm400.
Il-bqija ta' l-ghotja ta' l-Lm400 tithallas aktar tard.
L-istudenti kollha li se jibbenefikaw minn dawn l-ghotjiet ta' manteniment huma mitluba biex iżommu l-irċevuti ta' l-ispejjeż li di'a' ghamlu.
Kemm fl-Universita' kif ukoll fl-iskejjel u Istituti Post-Sekondarji, fi tmiem il-'imgha d-diehla se jkun hemm formoli apposta li l-istudenti jridu jimlew ghall-iskop ta' l-Iskema.
F'dawn l-istituzzjonijiet mistenni jkun hemm ukoll formoli ohra ghal dawk l-istudenti li jridu jaghmlu talba ghall-Ghotja ta' Manteniment Supplementari jekk ikunu 'ejjin minn familji fil-bżonn.
Dawn il-formoli jkunu proċessati mill-Bord li se jamministra din l-iskema u li mistenni jinhatar fil-jiem li 'ejjin.
Dan il-Bord mistenni wkoll jistudja sistema kif eventwalment dawn l-ghotjiet jibdew jithallsu mill-istudenti b'metodi moderni minflok b'ċekkijiet.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN