Punti ewlenin mill-Health Care Systems in Transition Report
Illum 15 t'Ottubru 1999 il-Ministru tas-Saħħa, l-Onorevoli Dr. L. Deguara, ippreżenta il-Health Care Systems In Transition (HIT) report miktub minn Dr. N. Azzopardi Muscat. Il-HIT report huwa wieħed minn sensiela ta' kotba ppreparati b'kollaborazzjoni ma' l-osservatorju dwar is-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa.
Huwa maħsub li dawn ir-rapporti ji'u rreveduti kull 3 snin sabiex iservu biex juru kif qiegħdin jitbiddlu s-sistemi tas-saħħa. Dawn dokumenti jservu sabiex juru s-suċċessi u l-fallimenti tal-pajjiżi differenti sabiex jagħtu tagħlima lil dawk kollha nvoluti fil-qasam tal-politika tas-saħħa.
Ir-rapport għall-ewwel darba ji'bor flimkien l-oqsma kollha tas-saħħa kemm pubbliċi kif dawk privati u għalhekk wieħed jista' jara kif dawn kollha jirrelataw flimkien. Minbarra li jagħti deskrizzjoni, f'kull sezzjoni r-rapport jagħmel rakomandazzjonijiet ta' kif tista' titijieb is-sistema.
Punti ewlenin tal-HIT report
- Il-fatt illi l-gvern joffri pakkett extremament komprensiv ta' kura lil kulħadd bla ħlas meta isir użu tas-servizz huwa tajjeb ħafna fih nnifsu għaliex hija sistema 'usta u ekwa. Għaċ-ċokon tagħna nħabbtuha sew mal-pajjiżi ħafna akbar u ħafna aktar għonja minnha.
- Permezz ta' dan ir-rapport għall-ewwel darba qed tkun pubblikata in-nefqa totali fuq is-saħħa u titqabbel ma' ta' pajjiżi oħra. In-nefqa tidher li qiegħda dejjem tiżdied, specjalment in-nefqa fuq il-mediċini.
- Fir-rigward tan-numru ta' professjonisti, naraw li n-numru ta' tobba għadu pjuttost wieħed baxx waqt li dak ta' l-infermiera zdied sostanzjalment fis-snin li għaddew.
- Is-sistema tagħna minkejja problemi li jeżiżtu b'affarjiet bħal waiting lists u nuqqas ta' staff, hija waħda li għandna nkunu kburin biha għaliex hija ''usta, ekwa, komprensiva u tħalli l-għażla libera għall-individwu.
- Jonqos x'isir speċjalment fil-mod kif nimmotivaw lil-professjonisti, inkejlu l-kwalita' tas-servizz li noffru u inżidu l-effiċjenza.
- Iżda l-akbar problema li trid tiffaċċċja s-sistema tagħna kemm pubblika kif ukoll privata hija s-sostenibilita'. Bħalissa qiegħdin f'sitwazjoni fejn il-pressjonijiet fuq l-infiq dejjem qiegħdin jikbru l-aktar permezz tat-teknolo'ija u tal-mediċini kif ukoll minħabba l-popolazzjoni ta' l-anzjani dejjem tikber.
- B'ċertu sodisfazzjon ngħidu illi din hija l-problema tal pajjiżi l-aktar żvilluppati u fil fatt hija aktar problem ta' l-Ewropa tal-Punent f'dan il-mument għaliex il-pajjiżi tal-Lvant għadhom qiegħdin jaraw kif ser jittrattaw problemi ta' natura aktar basika.
L-appell li joħro' minn-dan ir-rapport huwa dak li naraw li nżommu dak li hemm tajjeb fis-sistema, nbiddlu b'mod li huwa addattat għalina dak illi mhux qiegħed jiffunzjona tajjeb biżżejjed sabiex naslu għal-sistema sostenibbli għas-seklu l-'did.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN