Left arrow Mur Lura

Tizdied id-domanda ghal "compost" mill-Impjant tar-Riciklagg ta' Sant'Antnin

PR1581
Date Icon 15/10/1999

Matul din is-sena di''? 'ew trattati fl-impjant tar-riċikla'' ta' Sant'Antnin madwar 20,000 tunnellata ta' skart domestiku u hu maħsub li sa l-aħħar tas-sena tinqabeż iċ-ċifra ta' 22,950 tunnellata li ntlaħqet is-sena l-oħra. Dan l-iskart qed jinbidel f'kompost, fejn id-domanda għalih qed kulma jmur tikber, tant li sa l-aħħar ta' Settembru kienu di''? nbiegħu 2,211 tunnellata.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla kien qed jitkellem f'attivit'? fil-Kunsill Lokali ta' Pembroke li matulha l-Moviment għall-Ambjent (Friends of the Earth Malta) nieda pro'ett dwar ir-riċikla'' f'kompost ta' skart organiku domestiku fid-djar stess, li qed ikun finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.

Pembroke u l-Iklin intagħżlu mill-Moviment għall-Ambjent biex tkun żviluppata kampanja favur ir-riċikla'' ta' materja organika f'kompost. Hu maħsub li fil-futur, din il-kampanja tkun estiża għal lokalitajiet oħra.

Il-Ministru Zammit Dimech żied li, apparti l-pro'ett tal-Moviment għall-Ambjent, anki l-Ministeru għall-Ambjent, permezz tad-Dipartiment għall-Immani''jar ta' l-Iskart, qed jwettaq pro'ett ta' prova għas-separazzjoni ta' l-iskart f'Pembroke u f'Marsaskala.

Fir-rigward ta' Pembroke, il-Ministru Zammit Dimech qal li din il-lokalit'? ntagħżlet fil-pro'ett ta' seperazzjoni għaliex għandha numru mani''abbli ta' djar abitati, madwar 700, għandha popolazzjoni li kapaċi tadatta għal sistemi 'odda u għaNdha Kunsill Lokali li wera interess fil-ħarsien ta' l-ambjent.

Hu spjega li biex tinkiseb stampa ċara tal-kwalit'? ta' l-iskart i''enerat f'Pembroke, kien analizzat l-iskart ta' kull familja f'diversi toroq. Kull borża ta' skart kienet innumerata u wara li n'abret ittieħdet f'post fejn intiżnet u kienet analizzata biex issir magħrufa kull parti ta' l-iskart li ntremiet.

Minn din l-analiżi, kompla l-Ministru Zammit Dimech, ħar'u fatti interessanti. Fost l-oħrajn, irriżulta li f'xahar partikolari, il-piż ta' l-iskart li kull persuna ti''enera kuljum kien jammonta għal 0.82 ta' kilogramm. F'Pembroke jidher li li jsir użu akbar ta' plastik minn postijiet oħra f'Malta u Għawdex, u filwaqt li analiżi ta' postijiet oħra indikaw preżenza ta' skart organiku ta' 52 fil-mija, f'Pembroke din kienet ta' madwar 31 fil-mija. Din id-differenza wieħed jifhima għaliex il-kwalit'? ta' l-iskart tiddependi mill-mod tal-għajxien ta' dawk li joqogħdu fil-lokalit'? li tkun.

Meta irrifera għar-riċikla'' fl-impjant ta' Sant'Antnin, il-Ministru Zammit Dimech qal li ma' l-iskart domestiku qed ikunu proċessati wkoll iż-żbir tas-si'ar u fdalijiet ta' ħxejjex oħra biex titjieb il-kwalit'? tal-kompost u biex ikun evitat ir-rimi ta' dan il-materjal fil-Magħtab. S'issa kienu ipproċessati aktar minn 850 tunnellata ta' dan it-tip ta' skart.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll l-introduzzjoni tas-sistemi ta' skips għall-'bir ta' l-iskart separat f'Pembroke, Marsaskala u fl-Universit'? biex jitnaqqas dak l-iskart li m'hux utli għall-kompost. Hu qal li minn dawn l-iskips di''? n'abru madwar 40 tunnellata ta' plastik, karta, ħ'ie' u landa, li wara li ntagħżlu bl-idejn fl-impjant ta' Sant'Antnin inbiegħu kollha, ħlief għall-plastik li qed jinħażen għal meta jkun hawn suq għal dan it-tip ta' skart.

Jidher li nħoloq ukoll suq lokali tajjeb għall-karta l-bajda biex tkun riċiklata f'karta 'dida. Din is-sena n'abru 130 tunnellata ta' karta minn Dipartimenti u azjendi li qed jikkooperaw f'din l-iskema, u peress li jidher li d-domanda qed tikber, din il-'imgħa stess il-Gvern ħare' ċirkolari lid-Dipartimenti kollha fejn ħe''i'hom biex jisseparaw il-karta minn skart ieħor biex flok tintrema tintbagħat għar-riċikla''.

Filwaqt li faħħar l-inizjattiva tal-Moviment għall-Ambjent, fejn dawn qed ukoll jipprovdu bi prezz sussidjat reċipjent apposta għar-riċikla'' ta' skart organiku f'kompost, il-Ministru Zammit Dimech qal li din l-inizjattiva hi proprju indirizzata biex ikompli jitnaqqas ir-rimi ta' dan l-iskart.

Il-Ministru Zammit Dimech re'a' tenna l-impenn tal-Gvern li jgħin b'kull mezz lil dawk l-għaqdiet mhux governattivi li jieħdu inizjattivi pożittivi u prattiċi favur l-ambjent. Hu qal li b'dan il-ħsieb, il-Ministeru għall-Ambjent qed jagħti wkoll l-għajnuna tiegħu, kemm finanzjarja kif ukoll b'modi oħra, biex il-pro'ett imniedi mill-Moviment għall-Ambjent jirnexxi għax ikun ta' 'id għal kulħadd li l-iskart organiku mhux biss ikun evitat milli jitħallat ma' skart ieħor iżda wkoll jinbidel f'kompost li hu utli ħafna għall-ħamrija f'pajjiżna meta wieħed iqis li hi nieqsa mill-materjal organiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow