Left arrow Mur Lura

Stharrig fil-bahar minhabba l-progett tal-Kottonera

PR1577
Date Icon 15/10/1999

Fil-baħar fejn se ssir il-marina għall-jottijiet bħala parti mill-Pro'ett tal-Kottonera bħalissa qed isir stħarri' dwar wirt arkeolo'iku li jista' jkun hemm fl-inħawi.

L-istħarri', li jinkludi wkoll l-inħawi tax-Xatt ta' Pinto u ta' Manoel Island, qed isir mill-Institute of Nautical Archaeology li għandu l-kwartier u faċilitajiet ta' riċerka tiegħu f'Texas, fl-Istati Uniti.

Dan l-Istitut hu organizzazzjoni xjentifika u edukattiva li topera, mhux għal skop ta' profitt, iżda bl-iskop li ti'bor tagħrif dwar l-imgħoddi permezz tal-wirt li għadu jeżisti fil-baħar u li tferrex dan it-tagħrif permezz ta' pubblikazzjonijiet magħrufa, seminars u laqgħat oħra. Il-finanzjament ta' l-Istitut hu ipprovdut mill-Bord tad-Diretturi u minn diversi organizzazzjonijiet u fundazzjonijiet internazzjonali, fosthom in-National Geographic Society u n-National Science Foundation, kif ukoll minn diversi universitajiet, mużewijiet u organizzazzjonijiet arkeolo'iċi.

L-Istitut kontinwament jagħmel skavi fil-baħar f'diversi pajjiżi u matul din is-sena wettaq pro'etti fl-Azores, fil-Bulgaria, fl-Istati Uniti, f'Georgia, f'Israel, fit-Turkija, fl-Italja u fil-Marokk.

Kien waqt l-istħarri' li kien qed isir fil-Marokk li ttieħdet l-inizjattiva li l-Istitut ikun mistieden mill-Ministeru għall-Ambjent li ji'i jagħmel survey ukoll fil-Port il-Kbir, b'mod partikolari fl-inħawi ta' Dockyard Creek, fejn se jsir il-pro'ett tal-Kottonera. Dan qed isir biex f'każ li jinstabu xi fdalijiet jittieħdu f'kunsiderazzjoni ħalli ma ssirilhomx ħsara. Din hi l-ewwel darba li dan l-Istitut qed jagħmel stħarri' f'Malta.

L-istħarri' qed isir permezz tal-vapur Robo u waqt l-istħarri' fil-baħar qed jintuża apparat sofistikat. Wara li jitlesta l-istħarri', isir rapport u kopji tiegħu flimkien mat-tagħrif kollu miksub se jingħataw lill-Ministeru għall-Ambjent u lid-Dipartiment tal-Mużewijiet.

Waqt żjara li għamel dalgħodu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech fuq il-vapur Robo, fejn flimkien mal-'urnalisti seta' jsegwi mill-qrib parti minn dan l-istħarri', hu qal li waqt li kienu qed isiru n-negozjati maż-żew' konsorzji dwar l-iżvilupp tal-pro'ett tal-Kottonera kienet tqajmet il-kwistjoni ta' fdalijiet arkeolo'iċi li jista' jkun hemm f'qiegħ il-baħar u l-azzjoni li kellha tittieħed biex ikunu salvagwardati.

Hu żied li kien deċiż li għandu jsir survey tal-baħar fl-inħawi. Meta sar magħruf li l-Institute of Nautical Archaeology kienu qed jagħmlu stħarri' simili fil-Marokk, sar kuntatt magħhom min-naħa tal-Ministeru għall-Ambjent u dawn mill-ewwel aċċettaw li ji'u Malta.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dawn mhux biss aċċettaw din l-istedina, iżda wkoll issu''erew li din l-inizjattiva ssir permezz ta' ftehim bil-miktub biex ikun żgurat li kwalunkwe fdal li jinstab jibqa' proprjet'? tal-Gvern Malti, li t-tagħrif kollu li jin'abar waqt l-istħarri' jgħadduh lill-Gvern Malti, li l-Istitut ma jitlob l-ebda kumpens finanzjarju mingħand il-Gvern Malti u li l-istħarri' isir biss għall-iskop li jservi bħala studju dwar l-istorja marittima ta' Malta.

Min-naħa tiegħu, il-Gvern Malti intrabat li m'għandu jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l-aċċess għat-tagħrif miksub jew għar-riproduzzjoni tiegħu min-naħa ta' l-Istitut, u li ma jimponi l-ebda restrizzjoni għall-pubblikazzjoni tat-tagħrif miksub għalkemm dan irid isir b'konsultazzjoni minn qabel mal-Gvern.

Il-Ministru Zammit Dimech osserva li bla dubju din kienet opportunit'? sabiħa, kemm għal Malta kif ukoll għall-Istitut Amerikan. Hu wera t-tama li dan l-istħarri' ikun il-bidu ta' relazzjoni aktar fit-tul bejn Malta u l-Institute of Nautical Archaeology għax bl-għajnuna tagħhom nistgħu niskopru aktar dwar il-fdalijiet storiċi li jista' jkun hemm fil-baħar madwar il-gżejjer Maltin u b'hekk ukoll niskopru aktar dwar l-istorja ta' pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow