Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd dwar it-tnehhija gradwali tal-levies
Id-differenzi principali bejn il-Partiti Politici ewlenin dwar it-tneħħijja tal-levies fuq prodotti gejjin mill-industriji tal-biedja u s-sajd jikkonsistu principalment fuq it-tul taż-żmien sa meta għandhom jitneħħew l-istess levies u fuq il-mod kif ser ji'i żgurat dħul xieraq u 'ust għall-bdiewa, raħħala u sajjieda la darba jitneħħew l-istess levies. Fuq il-fatt li f'xi zmien għandhom jitneħħew dawn il-levies, il-Partiti Politiċi ewlenin di''? ddikjaraw pubblikament li jaqblu.
Il-Perit Ninu Zammit spjega li skond ftehim milħuq f'April tas-sena l-oħra bejn il-Gvern ta' dak iż-żmien u l-Unjoni Ewropea, il-Gvern immexxi mill-Onor Alfred Sant kien intrabat li jneħħi l-levies fuq iI-prodotti agrikoli hekk kif titwaqqaf Żona ta' Kummerc '?ieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Din it-tneħħija tal-levies kienet ikkonfermata wkoll mill-Onor. Alfred Sant bi stqarrija pubblika l-għada ta' l-imsemmi ftehim, fejn 'ie ddikkjarat li bi twaqqif ta' Zona ta' Kummerc '?ieles kellhom jispiċċaw il-protezzjonijiet (levies) kollha fuq il-prodotti agrikoli.
Il-Gvern prezenti, mill-banda l-oħra, iddikkjara li dawn il-levies jitneħħew gradwalment hekk kif jibdew deħlin il-mekkaniżmi tal-Common Agricultural Policy, ji'ifieri l-għajnuniet finanzjarji u tekniċi li toffri l-Unjoni Ewropea, u dan biex ikun assigurat li d-dħul finanzjarju għal dawn l-operaturi jkun xieraq, 'ust u adekwat għat-tip ta' xogħol involut.
Dan kollu jfisser, kompla l-Ministru Zammit, li bil-politika ta' Twaqqif ta' Żona ta' Kummerċ '?ieles li ried l-Onor. Alfred Sant, barra li xorta kienet ser tfisser it-tneħħija tal-levies fuq il-prodotti agrikoli kollha, kienet ukoll ser tiftaħ beraħ il-bibien għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel bi prezzijiet li l-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda ma kienux ser ikunu f'pożizzjoni li jikkompetu magħhom. Żona ta' Kummerc '?ieles ma tiggarantix u ma tinkludiex benefiċċji finanzjarji għall-operaturi li jaħdmu fl-oqsma tal-Biedja u Sajd, u għaldaqstant il-politika ta' l-Onor. Alfred Sant kienet ser twassal għall-qerda ta' dawn l-indusrtriji.
Għall-kuntrarju, temm jgħid il-Ministru Zammit, bil-politika tal-Gvern prezenti, liema politika hija mibnija fuq fiduċja sħiħa fil-kapaċit'? u fil-ħila tal-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda, l-oqsma tal-Biedja u Sajd ser ikomplu jissaħħu fl-effiċjenza u fil-produzzjoni bl-għajnuna ta' benefiċċji finanzjarji li ''ib magħha sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN