Left arrow Go Back

Pubblikazzjoni dwar is-settur tas-Sahha

PR1575
Date Icon 15/10/1999

Ghall-ewwel darba, l-informazzjoni fuq is-settur tas-sahha f'pajjizna ingabret f'dokument wiehed biex mhux biss tkun tista' tigi analizzata mill-esperti Maltin u barranin, imma wkoll nistghu nipparagunawha ma' l-istess settur f'pajjizi ohra.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha giet mnedija l-pubblikazzjoni tal-European Observatory on HealthCare Systems flimkien mal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha "Health Care Systems inTransition : Malta".

Id-dokument, li jaghmel parti minn sensiela ta' dokumenti ohra li jigu ppubblikati fil-pajjizi kollha ta' l-Ewropa, jaghti harsa lejn is-sistema tas-sahha f'Malta u jipparagunaha ma' dik ta' pajjizi ohra Ewropej. Louis Deguara qal li d-dokument huwa importanti, ghax permezz tieghu tista' issir analizi aktar dettaljata tas-servizzi provduti f'pajjizna u fl-istess hin ikun jista' jsir il-paragun ma' pajjizi ohra fl-Ewropa.

Louis Deguara qal li d-dokument jaghmel analizi fil-fond u kostruttiva filwaqt li jqajjem punti kontroversjali. L-iskop ta' dan l-ezercizzju, kompla jghid il-Ministru Deguara, mhux li nuru kemm ghandna servizz tas-sahha tajjeb, imma sar biex kulhadd jjirrifletti dwar l-oqsma li huma dghajfa u li ghandhom bzonn ikunu indirizzati.

Il-konkluzjoni tad-dokument turi li minkejja c-cokon ta' pajjizna, is-sistema tas-sahha f'Malta tikkompara tajjeb ma' dawk ta' pajjizi akbar u aktar ghonja. Dr. Deguara qal li twissija sinjifikanti fid-dokument hija dwar il-problemi li pajjizna jista' jiffaccja biex ikompli jsostni l-livell gholi ta' servizzi li qed jipprovdi, filwaqt li tizdied l-efficjenza. Hu ghalhekk, kompla jghid il-Minsitru Deguara, li wasal iz-zmien li b'diskussjoni wiesgha 'l fuq mill-partiggjanizmu jkunu individwati l-prioritajiet fis-settur tas-sahha.

Il-Ministru Deguara filwaqt li rringrazzja lit-Tabiba Natasha Azzopardi Muscat li kitbet dan id-dokument, stieden lil dawk kollha interessati biex janalizzaw id-dokument u jressqu proposti dwar in-nuqqasijiet li huma elenkati fih.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow