Il-Ministru tas-Sahha jipprezenta Rapport ta' l-ewwel sena ta' hidma
Matul l-ahhar sena saret hidma intensiva biex l-apparat kollu kif ukoll il-kompjuters li jithaddmu fl-isptarijiet kif ukoll dawk fid-Divizjoni tas-Sahha jkunu kollha kompatibbli ghas-sena elfejn. Madankollu qed jithejja pjan ta' kontingenza f'kaz li jkun hemm bzonn meta jaqleb is-seklu fi tmiem din is-sena.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta llum indirizza konferenza ta' l-ahbarijiet fejn matulha ta harsa lejn il-hidma li saret fi hdan il-ministeru matul l-ahhar sena.
Dwar l-isptar il-gdid il-Ministru Deguara qal li l-ewwel fazi tal-bini mistennija tkun lesta sas-sena 2003 meta jibdew ikunu trasferiti servizzi mill-Isptar San Luqa ghall-Isptar il-gdid f'Tal-Qroqq. Ghal dan il-ghan id-Divizjoni tas-Sahha hatret 54 kumitat li qed ihejju pjan ta' kif ghandu jsir it-trasferiment ta' dawn is-servizzi.
Louis Deguara tkellem fuq ir-riforma fic-Civil u elenka mizuri biex ihaffu din ir-riforma. Filwaqt li qieghed jinbena l-Isptar il-gdid, hemm impenn shih biex is-settur tas-sahha ikun riformat biex id-Divizjoni tas-Sahha tassumi r-rwol ta' regolatur filwaqt li tabbanduna r-rwol li ghandha sal-lum li tipprovdi is-servizz ukoll. Ghalhekk qeghda issir hidma biex l-isptarijiet isiru awtonomi fuq il-mudell ta' l-Isptar Zammit Clapp. Ghal dan il-ghan matul l-ahhar sena sar xoghol f'dan ir-rigward fl-Isptar Monte Carmeli kif ukoll tkompla l-process fl-Isptar Boffa. Dan il-process ser jibda jiddahhal ukoll fl-Isptar San Luqa.
Riformi ohra qed isiru fil-mod kif ikunu provduti il-hotel services tant li matul dan ix-xahar ser tigi ufficjalizzata l-koperattiva tal-laundry. Hargu tenders biex l-ikel fl-isptarijiet jibda jkun provdut mis-settur privat u bdew il-pjanijiet biex is-sezzjoni tal-cleaners ukoll issir koperattiva. Matul din is-sena wkoll, mill-isptarijeit bdew jinghataw servizzi godda lill-pazjenti kif ukoll sar xoghol preparatorju biex fix-xhur li gejjin jkunu provduti aktar servizzi. Filwaqt li matul din is-sena tkompliet l-implimentazzjoni ta' modules biex l-appuntamenti jsiru b'mod komputerizzat, is-sena d-diehla ser isir xoghol iehor biex fost l-ohrajn anke r-rizultati tal-laboratorji jibdew jinstabu fuq il-kompjuter. Kien permezz ta' sistema simili li l-ilmenti dwar telfien ta' files naqsu drastikament matul l-ahhar xhur qal Louis Deguara.
Ghall-ewwel darba, qal il-Ministru Deguara, fid-divizjoni inhatru zewg awdituri li x-xoghol taghhom mal-ewwel beda jaghti l-frott tant li kien hemm abbuzi li nkixfu. Hatra ohra importanti kienet dik ta' Direttur Generali li kienet ilha vakanti ghal sentejn shah filwaqt li matul l-ewwel tnax–il xahar ta' din l-amministrazzjoni nghataw kwazi elf hatra u promozzjoni fid-divizjoni, b'erba' mitt hatra ohra li qed ikunu processati u li ser jinghataw fil-gimghat li gejjin. Dan in-numru jizboq bil-bosta l-187 li nghataw fl-ahhar tnax–il xahar ta' l-amministrazzjoni precedenti. Dan juri li l-Gvern lest li jaghti dak kollu li hu tal-haddiema bi dritt, izda daqstant iehor jistenna li l-impjegati kollha jaghtu gurnata shiha ta' xoghol. Hatra ohra importanti kienet dik ta Direttur ghall-promozzjoni tas-Sahha, kariga li nghatat ghall-ewwel darba u li tkompli tikkonferma t-twemmin tal-Gvern li jaghti priorita` lill-prevenzjoni u lill-promozzjoni tas-sahha. L-infermiera min-naha l-ohra regghu bdew igawdu l-awtonomija wara li nghatat fiducja lid-Direttrici responsabbli u inhatru impjegati biex jassistuha fil-qadi ta' dmirijietha.
Priorita` ohra tal-Ministeru tas-Sahha matul l-ahhar sena kienet ir-riforma fis-sahha mentali. Louis Deguara qal li l-Kummissjoni tas-Sahha Mentali kkoncentrat ix-xoghol taghha fuq il-provediment ta' kura fil-komunita' u fuq it-tfassil ta' abbozz ta' Att gdid dwar is-Sahha Mentali. Anke l-Oppozizzjoni kienet mistiedna biex tahtar membru fuq din il-kummissjoni ghax il-Gvern verament jemmen li s-sahha hija 'l fuq mill-politka, izda din l-istedina kienet rifjutata. Barra minn hekk sar ukoll hafna xoghol strutturali fl-Isptar Mone Carmeli biex jaghmel dan l-isptar xieraq ghall-kura f'millenju gdid.
Louis Deguara tkellem ukoll fuq id-drittijiet tal-pazjent u qal li hekk kif kien ghamel fl-1995, il-Gvern Nazzjonalista mill-gdid ser jaghti vuci lill-pazjent permezz ta' stharrig li r-risposti ghalih jinghataw b'mod anonimu, il-pazjent ikun jista' jindika xi nuqqasijiet li jkun sab u dawn jittiehdu passi fuqhom permezz ta' Customer Care Unit gdid li qieghed jitwaqqaf u li ser ikun aktar professjonali u pro-attiv milli qieghed illum. Dan il-process ghandu jwassal biex fil-futur mhux il-boghod il-Gvern ikun f'pozizzjoni li jniedi charter ghall-pazjent kif sar s'issa fic-Centru tas-Sahha tal-Furjana.
Il-Ministru tas-Sahha qal li ghalkemm issa bdew jinghelbu l-isfidi bhal dawk ta' nuqqas ta' infermiera, qed jinbtu sfidi godda fosthom dawk ta' nuqqas ta' tobba u spizjara. Kagun ta' hekk ic-Centru tas-Sahha ta' B'Kara ghadu mhux jopera kif mixtieq filwaqt li dak ta' Bormla ghadu ma nfetahx minkejja li x-xoghol strutturali tlesta. Sfida ohra hi dwar il-finanzjament tas-settur tas-sahha, sfida li trid tigi indirizzata b'serjeta` u ‘l fuq mill-partiggjanizmu politiku. Ghalhekk il-bzonn li jsir dibattitu serju u ekwilibrat dwar il-prioritajiet f'dan il-qasam sostna l-Ministru Deguara.
Il-Ministru tas-Sahha qal li matul din l-ewwel sena l-poplu ga beda jduq il-frott ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista u tlestew il-pedamenti ghar-riformi mehtiega, is-settur tas-sahha nghata d-direzzjoni t-tajba u bil-kollaborazzjoni ta' kulhadd matul is-snin li gejjin din id-direzzjoni ser twassal ghat-twettiq tal-vizjoni li tixraq lill-poplu Malti u Ghawdxi f'millenju gdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN