Left arrow Mur Lura

Punti li tqajmu mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo waqt laqgha ghan-negozjanti fil-BOV Mellieha

PR1569
Date Icon 13/10/1999

Dawk kollha nvoluti fl-ghoti tas-servizzi lis-settur tan-negozju, kemm entitajiet u korporazzjonijiet tal-Gvern kif ukoll Banek, ghandhom jaraw li huwa dmirhom li jaghtu servizz lis-settur tan-negozju z-zghir daqs kemm diga qeghdin jaghtu servizz lin-negozju organizzat.

Inkunu ta' ghajnuna ghas-settur iz-zghir daqs kemm naraw li bhala entitajiet responsabbli mill-ghoti ta' servizz lil dan is-settur naraw li nahdmu biex inkunu ahna stess dak li nitolbu lis-settur tan-negozju jkun. Ilkoll irridu nkunu aktar professjonali u ghalhekk kapaci nirrispondu ghall-htigijiet tas-suq u l-klijenti tieghu:-

  • flessibli fl-adattament ghall-proceduri u uzanzi godda,
  • cari u semplici fil-messaggi taghna.;
  • kapaci noffru ghajnuna mmedjata u nirrispondu b'impenn ghall-htigjiet tal-klijenti taghna; u
  • kapaci niehdu r-riskju filwaqt ta' decizjoni minghajr dewmien
  • ikun jimpurtana li nkunu tajbin ghal xulxin

Bejn il-Gvern, il-Banek u s-settur tan-negozju rridu nizviluppaw sinergija u mpenn kollettiv. Ahna klijenti ta' xulxin u nizviluppaw bl-ghajnuna ta' xulxin.

Il-Banek ma jistghux jibqghu iharsu lejn il-klijenti gejjin ghandhom, izda ghandhom jaraw li jfittxu f'liema oqsma jistghu jghinu biex ikunu ta' servizz siewi lis-settur tan-negozju z-zghir b'mod rejali u ghaldaqstant filwaqt li jghinu biex isiru kuntatti godda bejn negozjanti lokali u dawk barranin ghandhom ukoll jifhmu l-obbligu li jaraw li n-negozju jimmaterjalizza.

Huwa f'waqtu li l-Banek jibdew jahsbu kif jizviluppaw SME Desk f'kull Branch biex dak li l-SME Branch fl-IPSE tal-BOV u tal-Mid Med bdew biex jahdmu jizviluppa f'hidma aktar impenjata u fil-qrib tan-negozjant fil-lokalita, u hekk naslu li noffru ghajnuna aktar immedjata.

Min naha tieghi bl-istess hsieb li nkun kapaci mmedjatament nirrispondi ghall- htigijiet tan-negozjant qed naghmel hilti biex bla dewmien inressaq proposti ta' ligijiet u emendi f'ligijiet li jkunu ta' ghajnuna rejali ghas-settur tan-negozju z-zghir, izda huwa l-waqt li naraw li s-settur tan-negozju z-zghir jizviluppa fih professjonalita biex ikun kapaci juza dawn l-incentivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow