Left arrow Mur Lura

Ir-rapport tal-inkjesta dwar l-allegat swat ta' prigunieri Libjani jitqieghed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati

PR1568
Date Icon 13/10/1999

Dal-ghodu il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg qieghed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati r-rapport ta' l-inkjesta tal-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs dwar allegazzjonijiet maghmula minn tliet prigunieri Libjani li qalu li gew imsawta nhar it-Tlieta 22 ta' Gunju 1999 meta dahlu l-habs ghall-ewwel darba.

Il-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs, ghall-iskopijiet ta' din l-inkjesta inghata l-poteri kollha moghtija lil Bord ta' l-Inkjesta taht il-Ligi ta' l-Inkjesti tal-1977.

Dan ir-rapport li fih analizi dettaljata tax-xhieda kollha li nstemghu, wasal ghall-konkluzjoni, illi mix-xhieda u l-provi ma setax jigi konkluz li dawn l-incidenti graw u ghalhekk il-Bord ma seta' jasal ghal ebda konkluzjoni definittiva. Il-Bord analizza kull wahda mill-allegazzjonijiet tat-tliet prigunieri b' mod skrupoluz u ghal dan l-iskop zammew tletin seduta b' total ta' mija u wiehed u ghoxrin siegha ta' smigh ta' xhieda u deliberazzjonijiet.

Il-Bord osserva li l-griehi fuq il-prigunieri jaqblu mal-allegazzjonijiet taghhom, izda illi ma kienx hemm prova konklusiva li dawn gew kagunati fil-habs.

Ir-rapport jasal ghal konkluzjoni li l-prigunieri kellhom griehi fuqhom qabel ma waslu l-habs. Izda ma jikkommettix ruhu dwar kif dawn il-griehi setghu gew kagunati hlief li uhud minnhom bla dubju ta' xejn, u bl-ammissjoni tal-prigunieri stess, kienu gew kagunati qabel l-arrest taghhom.

Dan ir-rapport li l-Ministeru ircieva fl-14 ta' Settembru intbaghat lill-Ufficcju tal-Avukat Generali sabiex jigi minnu ezaminat sabiex jara jekk jistghux jittiehdu proceduri kriminali kontra xi persuni.

L-Avukat Generali baghat il-parir tieghu fis-7 t' Ottubru 1999. Huwa kkummenta illi r-rapport tal-Bord ta' l-Inkjesta hu wiehed komprensiv u dettaljat hafna u jikkostitwixxi analizi metikoluza tax-xhieda li sema'.

Wara ezami da parti ta' l-Avukat Generali, huwa rrakkomanda li sabiex zgur tidher li qed issir gustizzja ghandu jkun hemm opportunita sabiex fil-konfront ta' persuna wahda ghar-rigward ta' allegazzjoni wahda mill-hafna li ghamlu l-prigunieri, l-evidenza tigi evalwata gudizzjarjament minn Qorti kompetenti, u fil-fatt dan il-parir intbaghat lill-Pulizija sabiex imexxu dwaru.

Din hija l-istess procedura li giet segwita fil-kaz tat-tliet membri tal-Korp tal-Pulizija li gew akkuzati b' reati simili fil-konfront ta' l-istess prigunieri u gew liberati mill-Qorti.

Il-Ministeru ta' l-Intern jiehu din l-opportunita sabiex jirringrazzja lill-membri kollha tal-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs, illi minkejja kritika m' hux gustifikata fil-konfront taghhom u akkuzi kontrihom minn persuni li misshom jafu ahjar, qdew dmirhom bl-akbar responsabbilita u kif jikkonkludu fl-istess rapport, ghamlu hilithom kollha b' sens ta' gustizzja u ta' onesta, fittxew il-verita b' mod li jkunu imparzjali mal-partijiet kollha implikati f' din l-inkjesta u zammew ruhhom siekta u l' boghod minn kull kontroversja li setghet ixxekkilhom li jwettqu l-inkarigu li dahlu ghalih.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow