Left arrow Go Back

Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb lill-Onor. Dr. Michael Farrugia

PR1564
Date Icon 12/10/1999

L-ex Ministru tas-Sahha fi stqarrija li ppubblika rega ikkonferma li jew irid iqarraq bil-poplu jew inkella lanqas biss kien jaf x'kien qieghed jigri fis-settur tas-sahha meta hu kien il-Ministru responsabbli.

Fl-istqarrija tieghu l-ex Ministru qal li taht kull Gvern Nazzjonalista s-settur tas-sahha f'pajjizna mar lura. Ir-rizultat ta l-ahhar elezzjoni generali ta' prova cara lil min il-poplu jikkonsidra li ghamel l-akbar gid fis-setturi differenti, inkluz dak tas-sahha. Possibbli l-ex Ministru nesa kif il-gvernijiet Nazzjonalisti irnexxilhom idahhlu operazzjonijiet specjalizzati fl-isptarijiet taghna bhal ma huma l-operazzjonijiet tal-qalb, trapjanti tal-qalb, hip replacement, trapjanti tal-kliewi kif ukoll d-dialisi ghal dawk li ghandhom mard tal-kliewi li fi zmien il-Gvern Laburista qabel l-1987 ma kinux jinghataw kura jekk hadd mill-familja ma jiffirmalhom li ser jaghtihom kilwa? Nesa l-ex Ministru kemm pazjenti llum qed jiffrankaw li jsiefru ghal kura ghax l-isptarijiet taghna qed joffru servizzi godda? Il-poplu illum huwa wkoll konxju li kien Gvern Nazzjonalista li tellgha n-nefqa ghas-sahha minn LM22 miljun kif sabha fl-1987 ghal Lm71miljun kif inhi din is-sena.

L-ex Ministru irid jiftakar li ppjanar serju ma jfissirx li tixtri l-apparat biss. Ezempju klassiku ta' nuqqas ta' ippjanar fi zmien l-amministrazzjoni precedenti kien ix-xiri ta' sleep lab minghajr ma kien identifikat post fejn ser jitpogga u wisq aghar l-ebda impjegat ma` gie mharreg biex ihaddmu meta hu maghruf li dan it-tahrig jiehu madwar sentejn. Jekk l-ex Ministru iqis li meta tixtri apparat minghajr ippjanar bhala success, bhal ma qal fl-istqarrija tieghu b'referenza ghas-servizz tal-laser, wiehed m'ghandux tort jikkonkludi li matul l-amministrazzjoni precedenti, il-gvern kien jikkuntenta b'kollox. Possibbli l-ex Ministru ma jafx li s-servizz tal-laser kellu jkun propju dan il-gvern li beda jipprovdih ghax ma sar l-ebda ippjanar fejn ser jitpogga l-apparat, tant li l-ewwel hsieb kien li dan jitpogga fi sptar fejn m'hemmx servizz ta' emergenza kif jitlob apparat bhal dan?

Matul l-ahhar amministrazzjoni precedenti lanqas investiment fir-rizors uman ma sar tant li matul l-ahhar tnax-il xahar ta' l-istess amministrazzjoni inghataw 187 hatra biss, ghal kuntrarju gara fl-ewwel sena ta' l-amministrazzjoni prezenti fejn inghataw kwazi elf hatra u madwar erba' mija ohra qed ikunu processati.

Jekk hemm servizz li Gvern Laburista kien konvint li ma jipprovdix hu kien is-servizz tal-Magnetic Resonance Imaging, tant li l-gvern li minnu kien jaghmel parti l-ex Ministru, waqqaf il-process ghax-xiri ta' dan l-apparat li kien beda l-Gvern Nazzjonalista qabel l-1996 u beda jhallas id-doppju tal-prezz ghal kull pazjent biex jiehu dan is-servizz minghand sptar privat. Dwar dan il-kaz qed issir inkjesta biex ikun maghruf ghaliex fi zmien l-amministrazzjoni precedenti, offerta aktar vantaggjuza ghal dan is-servizz ma gietx imwiegba.

Minkejja li l-ex Ministru qal li kemm il-Fever Unit kif ukoll il-Coronary Intensive Care Unit suppost fethu f'Jannar, 4 xhur wara l-elezzjoni, l-impjegati koncernati ma dawn iz-zewg units bla dubju li jiddiehqu meta jisimghu stqarrija bhal din. Kaz iehor li jkompli jikkonferma nuqqas ta' ippjanar.

L-ex Ministru kompla jikkonferma li ma kellux idea ta' x'qed jigri meta fl-istqarrija qal li kien il-Gvern precedenti li ppjana s-sistema komputerizzata tar-rizultati u l-appuntamenti. Jaf l-ex Ministru li l-komputerizzazzjoni tas-servizz tas-sahha bdiet tigi mwettqa meta hu kien fl-oppozizzjoni fl-1994? Jaf l-ex Ministru li sa minn dak iz-zmien kien hemm pjan li kull module ikun implimentat fuq medda ta' zmien?

Wiehed ma jiskantax li ftit tal-jiem ohra, bl-istess argumenti li qed igib illum, l-ex Ministru jghid li l-Isptar il-gdid holom bih il-Gvern Laburista wkoll jew inkella li kien il-Gvern Laburista li nehha it-taxxa fuq il-medicini.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow