Policy Nazzjonali dwar il-Breastfeeding
Il-policy nazzjonali dwar il-breastfeeding mistennija tkun pubblikata sa l-ahhar ta' din is-sena biex b'hekk tkun implimentata fis-sena 2000.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu zar is-swali tal-maternit'? fl-Isptar Karen Grech, flimkien ma' l-Assocazzjoni tal-Konsulenti dwar it-Treddigh tal-Moviment Kana.
Il-Ministru Deguara qal li matul is-sena li ghaddiet saru diversi laqghat ma' ufficjali tad-Divizjoni tas-Sahha, involuti fil-maternit'?, biex tkun imfassla din il-policy nazzjonali. Dan sar wara studju intensiv dwar l-ghajnuna li tista' taghti d-Divizjoni tas-Sahha lill-ommijiet li jaghzlu li jreddghu t-trabi taghhom.
Louis Deguara qal li sfortunatament f'pajjizna n-numru ta' nisa li jaghzlu li jreddghu 'l uliedhom bhala l-forma ewlenija ta' ikel hi baxxa hafna meta mqabbla ma pajjizi ohra. Hu kompla jghid li dan huwa rizultat ta' misinformazzjoni u pariri hziena. Il-policy nazzjonali dwar il-breastfeeding minnha nfisha ghandha l-ghan li tippromwovi t-treddigh. Ghal dan il-ghan qal Louis Deguara, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha ppubblika fuljetti dwar il-vantaggi tad-treddigh kif ukoll matul l-ahhar gimghat ippubblika zewg fuljetti ohra dwar it-tqala.
Matul iz-zjara l-ommijiet prezenti fl-Isptar Karen Grech inghataw fjura mill-membri ta' l-Assocazzjoni tal-Konsulenti dwar it-Treddigh.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN