Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mas-settur tan-negozju f'Birkirkara
F'laqgha organizzata ghas-settur tan-negozju mill-Bank of Valletta u l-Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo li saret fil-B.O.V. Branch ta' Birkirkara il-bierah, l-Onor.Edwin Vassallo qal li l-Banek ghandhom jghinu lis-settur tan-negozju jtejjeb il-metodi tal-hidma tieghu, biex in-negozji taghna jkunu ppreparati jilqghu ghall-isfidi u t-tibdil li ser ikunu rizultat tal-liberalizzazzjoni fis-suq.
Il-Bank of Valletta kien ippreparat jilqa' ghall-isfidi tal-kompetizzjoni reali u addatta immedjatament servizzi godda li qed jirrizultaw f'titjib ta' servizz bankarju meta kkomparat mas-servizz li kien qed jigi moghti qabel. Il-liberalizzazzjoni fis-suq fir-rigward tal-bidla fis-settur bankarju li rrizultat fl-introduzzjoni ta' l-H.S.B.C, ghenet biex illum is-settur tan-negozju ghandu servizz ahjar.
Dan l-ezempju ta' success fil-qasam bankarju ghandu jkun ta' ezempju ghas-settur tan-negozju. Izda biex inkunu ta' success jehtieg li nkunu ppreparati aktar i.e. aktar lesti biex inbiddlu l-mod ta' kif qeghdin nahdmu halli nirrispondu ahjar u immedjatament ghall-htigijiet tal-klijenti taghna.
Il-liberalizazzjoni fis-suq ser iggib stagnar ghal min m'hux ser ikun lest li jaggorna, u li jkun tajjeb ghall-klijenti tieghu. Min ser ikun kapaci jbiddel l-uzanzi tieghu fin-negozju biex ikun aktar efficjenti u joffru servizzi jew prodotti ta' kwalit'? u allura jkun qed jaggorna n-negozju tieghu f'wiehed aktar specjalizzat, ser jiffaccja l-kompetizzjoni b'hila u determinazzjoni.
It-thejjija ma ghandhiex tkun biss min-naha tal-manifattura lokali, izda wkoll ta' dawk il-hwienet u servizzi ghall-lokal. Ejjew naraw li nkunu ppreparati biex nahdmu ahjar bi skemi prezenti u nkunu lesti ghal skemi godda.
Il-liberalizzazzjoni fis-suq tfisser kompetizzjoni aktar reali u fil-kompetizzjoni in-negozju jikber u jirbah swieq godda . Ma nistghux ninghalqu fina nfusna u nibqghu nistriehu fuq il-protezzjoni tan-negozju.
F'din il-preparazzjoni jehtieg li jkun impenjat kulhadd, kull bank, kull entita governattiva li hija impenjata biex toffri servizz lis-settur tan-negozju, organizzazzjonijiet tan-negozju, kif ukoll l-istess settur tan-negozju.
Is-settur tan-negozju ghandu jara li jiehu b'serjet'? l-preparazzjoni ghal dawn l-isfidi ta' liberalizzazzjoni u propju ghal dan il-ghan il-hidma tal-Gvern qed tara li twassal biex l-entitajiet tal-Gvern jgharfu d-dmir li jghinu lis-settur tan-negozju jhejji ghal dawn l-isfidi.
L-IPSE, il-Banek, l-MDC, il-METCO, il-Bord tal-Koperattivi, ilkoll bil-hidma taghhom huma impenjati biex jghinu lis-settur tan-negozju jilqa' l-isfidi u jkun kapaci jaghmel qliegh u jaqdi l-htigijiet tal-klijenti ta' ghada f'suq fejn il-kompetizzjoni ser toffri opportunitajiet godda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN