Il-Pjan dwar l-immaniggjar ta' l-iskart se jkopri perjodu ta' ghaxar snin
Il-Ministru għall-Ambjent, l-Onor. Francis Zammit Dimech, qal dalgħodu li l-pjan li qed jitħejja dwar l-immani''jar ta' l-iskart solidu se jkopri l-għaxar snin li 'ejjin. Hu qal ukoll li di''? kien preżentat bl-ewwel abbozz tar-rapport dwar din il-materja u fakkar li r-rapport se jkun finalizzat qabel tmiem din is-sena biex abbażi tiegħu jkun jista' jinbeda proċess ta' konsultazzjoni ma' kull min hu interessat.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem waqt żjarat li għamel f'lokalitajiet fejn kienu qed isiru attivitajiet ta' tindif bħala parti mill-kampanja annwali Clean Up the World, li kienet organizzata matul din il-'imgħa u li laħqet il-qofol tagħha llum bil-parteċipazzjoni ta' diversi Kunsilli Lokali, għaqdiet volontarji u intrapriżi privati.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-iskop prinċipali tal-pjan dwar l-immani''jar ta' l-iskart se jkun li jidentifikaw l-aktar strate'iji u sistemi adatti għall-immani''jar ta' l-iskart u li l-aktar jaqblu mat-teknolo'iji avvanzati li jeżistu fil-preżent. Barra minn hekk, dan irid ikun konformi mal-policies ta' l-Unjoni Ewropea peress li l-politika dwar l-iskart tifforma parti importanti ħafna mill-politika ambjentali Ewropea.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li jrid ikun assigurat li l-pjan li qed jitħejja ma jkunx wieħed ta' kliem biss iżda wieħed ta' azzjoni li tabilħaqq iwassal biex tibda tkun riżolta l-problema akuta ta' l-iskart f'pajjiżna. Hu fakkar li l-ogħla ammont ta' skart li l-pajjiż qed jipproduċi hu dak li jirriżulta mis-settur tal-kostruzzjoni, tant li dan jammonta għal madwar 80 fil-mija ta' l-iskart solidu li jintefa' fil-miżbla tal-Magħtab. Is-sitwazzjoni f'Għawdex f'dan ir-rigward hi ħafna aħjar minn ta' Malta peress li l-iskart mill-industrija tal-kostruzzjoni li jintefa' fil-miżbla tal-Qortin jammonta biss għal madwar tmienja fil-mija.
Hu tenna li fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe strate'ija tibqa' l-ħtie'a ta' koperazzjoni sħiħa min-naħa tal-pubbliku. Hu qal li inutli li kulħadd jilmenta dwar il-problema u ftit li xejn jagħmel biex għall-anqas jikkontrollaha. L-istess atte''jament jintwera wkoll fir-rigward ta' l-indafa fil-pajjiż, fejn kulħadd jilmenta min-nuqqas ta' ndafa u mbagħad jibqa' jkun hemm minn iwaddab l-iskart u jħamme' kull fejn ifettillu b'detriment għall-ambjenti ta' madwaru stess.
Il-Ministru Zammit Dimech appella biex kampanji bħal Clean Up the World ma jkunux limitati biss għal perjodu qasir fis-sena, iżda għandhom ikunu eżerċizzju kontinwu ta' azzjoni volontarja biex, flimkien ma' l-isforzi li qed isiru min-naħa tal-Gvern, inkunu nistgħu nibdew naraw lil pajjiżna aktar nadif.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN