Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani jfakkar it-tieni anniversarju tas-Sliema Day Centre
Waqt okkazjoni socjali biex tfakkar it-tieni anniversarju mill-ftuh tas-Sliema Day Centre, Dr Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari, fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, qal illi l-iskop li ghalih twaqqfu dawn id-Day Centres qed jintlahaq. Wiehed jinnota bi pjacir l-impenn u l-entuzjazmu li ghandhom dawn il-mijiet ta' anzjani li jattendu it-tmien Day Centres tal-Gvern f'Malta u tnejn f'Ghawdex.
Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid li l-Gvern irid jassigura li s-servizz li jinghata lill-anzjani f'dawn ic-Centri ta' matul il-jum ikun ta' livell u ta' kwalita' gholja. Dawn ic-centri ta' matul il-jum u servizzi ohra fil-komunita', kif ukoll il-partecipazzjoni ta' entitajiet ohra, bhalma huma l-Kunsilli Lokali, ghandhom iservu biex l-anzjani jkunu jistghu jibqghu jghixu hajja indipendenti u jibqghu integrati fis-socjeta'
Dr Mifsud Bonnici qal li f'din is-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani aktar u aktar anzjani hadu sehem fid-diversi attivitajiet organizzati ghalihom. Dan huwa sinjal tajjeb ghaliex b'hekk l-iskop taghna ta' aktar partecipazzjoni mill-anzjani fil-hajja socjali u kulturali tal-pajjiz qieghed jintlahaq. Huwa qal ukoll li diversi okkazzjonijiet servew biex urew is-solidarjeta' li tezisti fis-socjeta' Maltija bejn id-diversi generazzjonijiet. Huwa esprima x-xewqa tieghu li s-socjeta' taghna tkompli turi ruhha bhala socjeta' inkluziva u mhux socjeta' esklussiva u tkun verament "socjeta ghal kull eta".
Fost il-hafna attivitajiet li jigu organizzati lill-anzjani li jattendu dawn ic-centri ta' matul il-jum insibu: keep-fit classes, loghob bhal dominoes, darts chess, tisjir, quizes crochet, divertiment muzikali, informazzjoni dwar is-sahha, servizzi socjali, passatempi bhal filatelija, qari, u funzjonijiet religjuzi. Ta' min isemmi per ezempju fost l-attivitajiet fizici, (a) il-progett pilota ta' "Physical Therapy Classes for Older Persons" , li qeghdin isiru bi ftehim mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, u (b) ta' kull sena tigi organizzata SPORTS DAY bis-sehem ta' l-anzjani kollha tad-day centres tal-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN