Left arrow Go Back

Passi biex tissahhah l-istruttura ta' tmexxija tal-Isptar Monte Carmeli

PR1548
Date Icon 08/10/1999

Matul din is-sena fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali mhux biss bdew jitnedew riformi, iżda sar ukoll xogħol strutturali fl-Isptar Monte Carmeli għax il-Gvern huwa bil-fatti impenjat li joffri l-aħjar kura possibbli.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara, meta żar l-Isptar Monte Carmeli fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, li ser ikun iċċelebrat nhar il-'?add li 'ej. Louis Deguara qal li ttiedħu l-passi biex tissaħħah l-istruttura ta' tmexxija ta' l-Isptar Monte Carmeli u qed ikun assigurat li dak li jsir fl-isptar ikun kompatibbli mar-riforma skond il-policy nazzjonali dwar is-saħħa mentali.

Il-Ministru Deguara ta importanza kbira lejn it-tfassil ta' li'i 'dida dwar is-Saħħa Mentali. Il-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali organizzat diversi seminars u workshops biex tipprepara dan l-abbozz.

Fl-Isptar Monte Carmeli kienu introdotti sistemi finanzjarji u amministrattivi 'odda li permezz tagħhom l-isptar qed jaħdem abbażi ta' accrualaccountingsystem fuq input/output mode. B'hekk żdiedet ir-responsabilt'? u l-akkontabilit'? fost l-impjegati. Dawn is-sistemi jippermettu li għall-ewwel darba l-isptarijiet 'ew mogħtija l-budget separat flimkien mar-responsabilt'? għall-infieq u tmexxija finanzjarja ta' l-istess budget.

Sar ukoll qbil dwar l-istrutturi mani'erjali li għandhom ji'u adottati f'dawn l-isptarijiet, filwaqt li 'ew identifikati u ffinalizzati d-dmirijiet fuq il-post tax-xogħol (job descriptions) ta' l-oqsma konċernati. Dan ix-xogħol għandu jwassal biex fi żmien qrib l-isptar isir awtonomu, bħal ma twiegħed fil-Programm Elettorali. Fl-istess ħin il-kumitat li twaqqaf apposta biex jikkordina u jippilota r-riforma nħatar biex temporanjament iservi bħala Bord tad-Diretturi għall-Isptar Monte Carmeli.

Louis Deguara qal li pass importanti matul is-sena li għaddiet kien l-għeluq ta' sala 10 ta' l-ir'iel li ngħalqet għal pazjenti psikjatriċi u baqgħet tintuża biss għall-persuni riferuti mill-Faċilit'? Korrettiva ta' Kordin. Infetħet Secure Unit 'dida li qed titmexxa fuq linji li jirrispettaw d-dinjit'? tal-bniedem u li jgħinu effettivament lil dawk li huma l-aktar fra'li. Twettqu wkoll ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li kien hemm fir-rapport ta' l-Ombudsman.

Louis Deguara ħabbar ukoll li sala 10 tan-nisa ser ti'i ristrutturata biex is-Secure Unit jiċkien u jitjieb fil-kwalit'?. Barra minn hekk saru diversi kuntatti mal-Faċilit'? Korrettiva ta' Kordin biex tkun żviluppata sala li tkun aktar adattata għall-pri'unieri. Bdew jitħaddmu policies 'odda kemm dwar seclusion ta' pazjenti kif ukoll dwar is-superviżjoni ta' pazjenti li jkollhom bżonn attenzjoni individwali.

Dwar il-programm ta' modernizzazzjoni li beda matul l-aħħar sena, il-Ministru Deguara qal li nbidel is-saqaf ta' Sala 11, liema sala ser ti'i żviluppata bħala decanting ward li fiha ji'u akkomodati pazjenti minn swali li jkunu qed ji'u modernizzati. B'hekk ikun jista' jitħaffef ix-xogħol u l-pazjenti ma jkunux esposti għat-trab u l-ħmie' li jaqla' pro'ett ta' modernizzar.

Sar ukoll xogħol estensiv ta' tiswija fis-soqfa u t-travi ta' l-Occupational Therapy, inbidlu s-soqfa u qed ti'i modernizzata Sala 7 ta' l-ir'iel, inbeda xogħol ta' modernizzar f'Sala 3A ir'iel u dan mistenni jkompli għal Sala 3 B fix-xhur li 'ejjin, sar xogħol ta' ppjanar fuq Sala 6 tan-nisa biex din ti'i konvertita f'Acute Admission Ward li tilqa' aħjar għal-ħti'ijiet ta' persuni b'mard psikjatriku akut. Biex dan il-programm ta' xogħol jitwettaq 'ie mwaqqaf grupp ta' ħaddiema li x-xogħol pinċipali tagħhom hu l-manutenzjoni ta' l-Isptar Monte Carmeli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow