Jinhatru tmien Probation Officers godda
Il-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, dal-ghodu pprezenta l-ittri tal-hatra lil erba' Probation Officersu erba' Trainee Probation Officers.
Dawn l-uffijcali se jkunu qed jahdmu mal-Probation Services Unit fi hdan id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi. Il-Probation Officers huma: Ms Victoria Grech, Ms Marietta Lanzon, Ms Carmen Nygaard u Ms Michelle Sultana. It-Trainee Probation Officers huma Ms Isabelle Azzopardi Maslowska, Ms Joanne Battistino, Ms Carmen Borg u Ms Mary Grace Vella.
Il-hatra ta' dawn l-ufficjali kabbret il-complement ta' Probation Officers ghal hdax, meta qabel kien hemm biss tlieta.
Il-Probation Officers kollha ghandhom Diploma fil-Probation Services mill-Universita` ta' Malta. It-Trainee Probation Officers, li segwew, jew qed isegwu kors ta' studju li jwassal ghal Diploma fil-Probation Services, eventwalment se jinhatru Probation Officers wara li jiehdu d-Diploma.
Waqt li pprezenta l-ittri tal-hatra, il-Ministru Dr Tonio Borg, sahaq dwar l-importanza tar-rwol tal-Probation Officers fi hdan is-sistema tal-Gustizzja Kriminali u qal li biz-zieda ta' l-ufficjali li nhatru llum, il-Probation Services Unit issa se jkun jista' jiehu aktar inizjattivi biex isahhah is-servizzi li diga` qed joffri l-unit, f'kollabroazzjoni mal-gudikatura, u l-units korrettivi, ta' rijabilitazzjoni u s-servizzi preventivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN