Left arrow Mur Lura

Assistenza finanzjarja ghall-Ghaqdiet Volontarji u Organizzazzjonijiet mhux Governattivi f'Ghawdex

PR1544
Date Icon 08/10/1999

Organizzazzjonijiet mhux Governattivi f'Ghawdex, li jwettqu hidma volontarja fl-oqsma socjali u kulturali tal-gzira, jistghu japplikaw biex jappartecipaw fi skema specjali ta' assistenza finanzjarja ghal din is-sena, imnedija mill-Ministeru ghal Ghawdex.

Din l-ghajnuna, li ma taqbizx il-Lm500 ghal kull organizzazzjoni li tintghazel, tinghata b'appogg ghall-hidma li l-istess organizzazzjonijiet ikunu qed iwettqu. Id-decizjoni tas-Segretarju Permanenti dwar l-ghaqdiet li ghandhom jinghataw ghajnuna, u l-ghajnuna li tinghata, hija finali. Tinghata preferenza lil proposti li huma ta' prijorit'? ghall-Ministeru ghal Ghawdex.

L-ghan ewlieni ta' l-iskema hu li ssahhah it-tessut socjali f'Ghawdex permezz tal-hidma ta' ghaqdiet volontarji Ghawdxin. Jigu kkunsidrati fost l-ohrajn progetti ta' infrastruttura, manutenzjoni ta' infrastruttura, xiri ta' taghmir, kif ukoll programmi u attivitajiet li jgibu 'l quddiem l-izvilupp tar-rizorsi umani.

Kull ghaqda volontarja li tircievi din l-assistenza finanzjarja ghandha tibghat rapport ta' evalwazzjoni qasir tal-progett jew attivit'? fi zmien mit-twettiq taghhom. Kull ghaqda tkun mistennija li tibghat fi zmien tlett xhur minn meta tircievi l-ghotja, rendikont finanzjarju qasir fuq il-progett li ghalih tkun hadet din l-assistenza, li ghandu jinkludi partikolarment dettalji ta' l-ispejjez involuti.

Ghaqdiet volontarji li jahdmu f'Ghawdex jistghu jiehdu applikazzjonijiet ghal din l-iskema ta' ghajnuna, mill-Ministeru ghal Ghawdex. Dawn l-applikazzjonijiet jintlaqghu mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghal Ghawdex, sa mhux iktar tard minn nofs inhar ta' nhar il-Gimgha, 29 ta' Ottubru 1999.

Ghaqdiet interessati jistghu jcemplu fuq 561482, ghal aktar informazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow