Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Lawrence Gonzi jniedi serje ta' Emendi ghall-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar

PR1543
Date Icon 08/10/1999

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, il-bierah nieda serje ta' emendi li ser jaghmlu l-iskemi ta' l-Awtorit'? tad-Djar aktar vantaggjuzi ghall-persuni li l-aktar jenhtiegu.

Waqt li kien qed jindirizza lill-membri tal-media, il-Ministru Gonzi qal li minn ricerka li qed issir kontinwament mill-Awtorit'? tad-Djar jidher bic-car li persuni bi bzonnijiet kbar mhumiex qed jirnexxielhom jikkwalifikaw ghal skemi intizi apposta ghalihom. Huwa qal li jezistu bzonnijiet kbar fil-qasam tad-djar u dan ma jistghux jigu indirizzati biss billi jigu allokati postijiet godda.

L-iskemi ta' l-Awtorit'?, tenna l-Ministru huma mod effettiv kif l-Gvern jista jghin familja tirranga l-livell ta' l-ghixien taghha. F'dan il-process l-Awtorit'? qed timxi t-triq kollha ma' l-applikanti taghha billi tipprovdi mhux biss sussidji u ghotji, imma anki servizzi ta' konsulenza.

L-emendi li habbar il-Ministru Gonzi jirrigwardaw diversi skemi u permezz taghhom l-iskemi issa gew pjanifikati fuq l-istess livell. Dawn l-emendi huma:

  • Mizuri biex jappoggjaw familji mdaqqsa. Permezz ta' zewg emendi d-dhul aggregat ta' familja ta' hamsa issa tela minn Lm3,000 ghal Lm5,000 f'xi kazijiet Lm7,000. Barra min hekk, familja ta' hamsa issa tista' tircievi mhux biss it-80 fil-mija tas-sussidju imma tinghata s-sussidju kollu fuq il-valur tax-xoghljiet;
  • Saru emendi biex l-iskemi jigu offruti ghal dawk il-persuni li jghixu wahedihom u li ser jiehdu wiehed mill-genituri jghixu maghhom jew it-tnejn jghixu maghhom. B'hekk barra milli ser jigu incentivati l-persuni nnifishom, ser jigu mghejjuna wkoll anzjani sabiex jista' jkun jibqghu jghixu fl-ambjent taghhom;
  • Ser jibdew jigu rikonoxxuti nies li m'humiex cittadini Maltin imma li huma separati legalment jew bona fide de facto minn ma persuna Maltija. B'hekk persuni li sabu ruhhom f'diffikultajiet ta' familja u li qed jiehdu hsieb it-tfal taghhom jistghu jibbenfikaw minn sussidji sabiex tigi salvagwardjat il-familja;
  • Saru wkoll emendi sabiex individwi li huma separati bona fide de facto jibbenefikaw mill-iskemi kollha;

Saru wkoll titjib fl-ammont ta' sussidju. F'hafna kazijiet dan is-sussidju gie mgholli b'aktar minn 50%, biex b'hekk jigu koperti aktar spejjez li bihom jiggwadanjaw l-aktar familji mdaqqsa. Barra min hekk, gie mgholli b'Lm10,000 il-valur tad-djar li jistghu jinxtraw minghand il-privat u li jikkwalifikaw ghal sussidju. Oltre dawn ghotja sa' massimu ta' Lm1,800 ser tigi moghtija ghal dawk id-djar li jkunu nbnew qabel l-1960;

  • Fi zmien qasir l-Bank of Valletta, l-HSBC u l-APS Bank ser jissiehbu fl-iskema ta' sussidju fuq rata ta' l-imghax fuq self ghax-Xiri ta' Djar;
  • Persuni b'dizabilit'? gie mizjud lilhom l-ammont ta' sussidju, u f'din l-iskema giet moghtija l-fakult'? li jaghzel hu fejn jista' jaghmel xoghol.

Barra min dawn l-emendi l-Ministru ghall-Politika Socjali habbar wkoll it-tnedija mill-gdid ta' Skema U, li permezz taghha sidien jew censwalisti perpetwi jistghu jbieghu propjet'? privata vojta lill-Awtorit'? tad-Djar. Il-Ministru Gonzi rrimarka li l-iskema precedenti kellha limitazzjoni li minhabba fih ma setghetx tigi applikata bl-ahjar mod. Bl-emenda li qed issir issa, din l-anomalija giet imnehhija u ghalhekk sidien jew censwalisti jistghu jbieghu propjet'?, ta' l-anqas fi stat ta' gebel u saqaf, basta ma' jsirx aktar xoghol fuqha mis-sidien, imma tigi evalwata u stmata kif inhi fl-istat attwali tal-applikazzjoni.

Il-Ministru Gonzi tenna li dawn il-mizuri li qed jittiehdu jinkwadraw fil-politika socjali tal-Gvern, politika li tinkoragixxi s-shubija tal-Gvern u s-settur privat halli jigu nghejjuna persuni li l-aktar ghandhom bzonn. Huwa tenna li fil-futur qasir ser jigu mnedija mizuri ohra f'dan il-qasam li ser ikomplu jassiguraw li r-rizorsi u l-investiment tal-Gvern f'dan il-qasam jghin sabiex jigu verament indirizzati l-bzonnijiet reali ta' min l-aktar jenhtieg.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow