Il-bir "Madonna taz-Zejt" f'Kercem
Il-bir stratigrafiku "Madonna taż-Żejt" f'Kerċem, '?awdex, 'ie abbandunat f'Awissu wara li numru ta' testijiet urew li l-bir baqa' sub-commercial. L-apparat li ntuża fit-tħaffir 'ie żarmat u ttieħed lura lejn l-Italja fil-bidu ta' Settembru. Bħalissa, l-art fejn tħaffer il-bir qegħda ti'i reklamata għall-kundizzjoni li kienet fiha qabel u wara ser ti'i mogħtija lura lill-inkwilini biex ikomplu jaħdmuha, kif kien maħsub u kif hu approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Ta' min ifakkar li t-tħaffir tal-bir iltaqa' ma' diversi gas shows fond ta' madwar 5,200 metru 'l isfel. Uħud minn dawn kienu sinifikanti u għaldaqstant kien deċiż, fuq pariri indipendenti ta' diversi esperti, li ċerti żoni fil-bir għandhom ji'u provati għall-produzzjoni.
L-ewwel provi li saru wrew li r-reservoir fejn instab il-gass kellu ċerti problemi, fosthom dik ta' permeabilit'?, ji'ifieri il-faċilit'? li biha l-fluwidi jimxu fil-'ebla. Irriżulta li din il-permeabilit'? kienet baxxa ħafna u għaldaqstant il-bir ma kienx kummerċjali.
Wara li saru l-istudji meħtie'a, 'ie deċiż, fuq pariri ta' esperti, li titħaffer ħofra orizzontali fir-reservoirbiex tiżdied il-produzzjoni tal-gass. Din hi teknika moderna, tant hu hekk li ħofor bħal dawn jitħaffru f'ħafna bjar tal-lum.
Il-ħofra orizzontali tħaffret għal tul ta' madwar 1,000 metru u wara saru provi 'odda f'diversi żoni tagħha. Irriżulta pero' li filwaqt li l-permeabilit'? f'ċerti żoni tal-ħofra żdiedet, il-gass li nstab baqa' sub-commercial u għaldaqstant il-bir 'ie abbandunat.
Sadanittant l-informazzjoni mi'bura mill-bir qegħda tkompli ti'i studjata u integrata ma' informazzjoni oħra, kemm ta' Malta u kif ukoll tar-re'jun, biex il-potenzjal tat-tiftix għaż-żejt f'pajjiżna jkun mifhum aħjar u bjar futuri jkollhom aktar ċans li jkunu suċċess. Fost din l-informazzjoni nsibu, għall-ewwel darba f'Malta, il-preżenza ta' 'ebla li kapaċi tipproduċi ż-żejt u l-gass u żew' cap rocks li taħthom jista' jin'ema ż-żejt u l-gass.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN