Left arrow Mur Lura

Pubblikat ir-Rapport dwar l-Istat ta' l-Ambjent f'Malta

PR1526
Date Icon 06/10/1999

Hu l-ħsieb tal-Gvern li jibda jippubblika regolarment rapport dwar l-istat ta' l-ambjent fil-gżejjer Maltin biex b'hekk mhux biss ikunu magħrufa l-problemi li jeżistu iżda wkoll tkun tista' tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtie'a.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'konferenza ta' l-aħbarijiet li fiha ippreżenta l-ewwel Rapport dwar l-Istat ta' l-Ambjent f'Malta.

Dan ir-rapport, kummissjonat mid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, jagħti ħarsa lejn il-qagħda ta' l-ambjent fil-gżejjer Maltin fl-1997.

Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li kien dan il-Gvern li, konxju mill-ħtie'a li mhux biss jissaħħaħ il-ħarsien ta' l-ambjent iżda li tikber il-kuxjenza favur l-ambjent, ħa diversi inizjattivi għal dan l-iskop. Hu semma, fost l-oħrajn, il-ħolqien ta' Ministeru għall-Ambjent, it-twaqqif tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, it-tfassil tal-Li'i għall-'?arsien ta' l-Ambjent li ipprovdiet il-qafas meħtie' għal regolamenti dwar diversi su''etti importanti għall-ħarsien ta' l-ambjent, it-tfassil tal-Pjan ta' Struttura bħala gwida għall-iżvilupp sostenibbli fil-gżejjer Maltin u t-twaqqif ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar li daħħlet ċerta dixxiplina u naqqset il-ħsara lill-ambjent.

Hu żied li minn dawn l-inizjattivi kollha ħar'u ħafna deċiżjonijiet importanti, fosthom proċeduri għall-istudju ta' l-impatt ambjentali, il-master plan għas-sistema tad-drena'', l-istrate'ija għall-immani''jar ta' l-iskart, ir-regolamenti għall-protezzjoni tal-flora u l-fawna, regolamenti dwar il-konservazzjoni ta' żoni urbani u tant deċiżjonijiet oħra favur il-ħarsien ta' l-ambjent.

Dan kollu sar, kompla l-Ministru Zammit Dimech, għaliex il-Gvern bil-fatti jemmen li l-kwalit'? tal-ħajja tiddependi fuq il-kwalit'? ta' l-ambjent. "Il-kwalit'? tal-ħajja ma ti'ix dettata minn fuq, iżda rridu nkunu aħna li niddeċiedu dwar il-kwalit'? ta' l-arja, l-ilma u l-art u allura dwar il-kwalit'? ta' ħajja li rridu nħallu għal ta' warajna," tenna l-Ministru għall-Ambjent.

Hu żied li l-iżviluppi kollha li jsiru jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent u allura tagħrif dettaljat dwar l-istat ta' l-ambjent hu essenzjali biex jinkiseb żvilupp sostenibbli. Hu qal ukoll li filwaqt li kien hemm żmien meta l-poplu kien jinżamm fid-dlam dwar dak li jkun qed iseħħ fl-ambjent ta' madwaru, iż-żminijiet issa tbiddlu u kulħadd qed jirrikonoxxi l-fatt li l-poplu għandu jkun informat ħalli d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu b'moħħ miftuħ u bl-ambjent fuq quddiemnett. Hu fatt magħruf li aktar ma l-poplu jkun infurmat aktar ikun lest jaċċetta miżuri li jistgħu jittieħdu favur l-ambjent.

Il-Ministru Zammit Dimech semma li rapporti bħal dan isiru b'mod regolari f'kull pajjiż żviluppat u l-pubblikazzjoni tar-rapport tilħaq mira oħra: dik li tkun pubblikata informazzjoni ambjentali b'mod mill-aktar ħieles. Dan hu konformi mad-direzzjoni li kompla miexi biha l-Gvern preżenti meta f'Diċembru tas-sena l-oħra iffirma l-Konvenzjoni dwar l-Aċċess ta' Informazzjoni, Parteċipazzjoni Pubblika fit-Tfassil tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għal Ġustizzja f'Materji Ambjentali. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tar-Rapport hi konformi mad-direzzjoni tal-Gvern favur sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Zammit Dimech semma li l-eżerċizzju b'konnessjoni mat-tħejjija ta' dan ir-rapport ħa madwar disa' xhur. Ir-rapport ikopri diversi materji ambjentali, fosthom il-poplazzjoni, it-turiżmu, l-użu ta' l-art u riżorsi li ma jistgħux jer'għu jintużaw; il-flora, il-fawna, is-sajd u l-biedja; il-kosta, il-baħar ta' madwar, u riżorsi ta' ilma għax-xorb; l-iskart solidu u likwidu; l-ener'ija; u l-kwalit'? ta' l-arja.

Ir-rapport tħejja minn grupp ta' sitt esperti fl-oqsma tagħhom, taħt id-direzzjoni tal-Professur Victor Axiak. Il-ħamsa l-oħra huma l-Professur Alfred J. Vella, il-Professur Patrick J. Schembri, il-Professur Edward Mallia, is-Sur Vince Gauci u s-Sur Adrian Mallia.

Filwaqt li irringrazzjahom għax-xogħol li għamlu, il-Ministru Zammit Dimech stqarr li l-fatt li r-rapport tħejja minn nies indipendenti juri li r-rapport m'hu bl-ebda mod influwenzat min-naħa uffiċjali u allura, f'dan is-sens, mhux bilfors jirrifletti l-fehma uffiċjali. Għaldaqstant, dan jagħti lir-rapport aktar kredibbilt'?.

Ir-rapport jidentifika problemi li jeżistu fil-qasam ta' l-ambjent kif ukoll nuqqasijiet kemm fil-kwantit'? kif ukoll fil-kwalit'? ta' data ambjentali, li hi kruċjali meta wieħed ji'i biex ifassal policies u jieħu deċiżjonijiet relatati ma' l-ambjent. Hu qal li r-rapport fih kemm aspetti negattivi li joħro'u l-problemi li jeżistu, kif ukoll dawk pożittivi bħal fir-rigward tat-tni''is tal-baħar mis-sistema tad-drena'', fejn ir-rapport juri bl-aktar mod ċar li t-tni''iż naqas konsiderevolment b'riżultat tat-tisħiħ li sar fis-sistema tad-drena'' f'diversi lokalitajiet f'Malta qabel l-1996.

Uħud mill-aspetti negattivi li jissemmew di''? qed ikunu indirizzati mill-Gvern fosthom dak dwar in-nuqqas ta' monitora'' tal-kwalit'? ta' l-arja fejn di''? nkiseb apparat sofistikat biex jinbeda programm nazzjonali fuq bażi regolari ta' monitora'' tal-kwalit'? ta' l-arja.

Il-Ministru Zammit Dimech tenna li dan ir-rapport jagħti xhieda ta' l-impenn konkret tal-Gvern favur l-ambjent. Hu qal li hu l-ħsieb tal-Gvern li jferrex kemm jista' t-tagħrif miksub permezz ta' dan ir-rapport u dan billi ddaħlet kopja tar-rapport fil-website tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent (www.environment.gov.mt/publications/soer98), kienet pubblikata verżjoni mqassra li tista' tinftiehem aħjar mill-pubbliku, u r-rapport sħiħ hu pubblikat ukoll fuq CD.

Kopji tal-verżjoni mqassra kif ukoll tac-CD jistgħu jinkisbu mid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, fil-Floriana.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow