Is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici jindirizza Anzjani fid-Day Centre taz-Zejtun
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, waqt li kien qed jindirizza anzjani fid-Day Centre taz-Zejtun f'attivita' organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Gudja, tkellem dwar il-kontribut li l-Kunsilli Lokali ghandhom jaghtu biex titkattar aktar il-partecipazzjoni attiva ta' l-anzjani fil-hajja socjali ta' pajjijzna. Huwa qal li f'din il-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani irridu ninsistu aktar biex naraw l-anzjani taghna ikunu tassew fil-qalba tas-Socjeta' Maltija. L-anzjan huwa parti integrali mis-socjeta` kollha u rridu nharsu lejn l-anzjan bhala wiehed mill-elementi li jiffurmaw ir-rizorsi umani u socjali taghna.
Dr Mifsud Bonnici kompla jghid li fis-socjeta' tal-lum l-anzjani ghandhom jkunu pro-attivi - jigifieri jridu huma stess ifittxu kif jaghtu kontribut siewi lis-socjeta'. L-anzjan illum ghandu quddiemu diversi attivitajiet li fihom jista' jippartecipa b'mod attiv u b'hekk tissahhah l-integrazzjoni shiha ta' l-anzjani fis-socjeta`. Dr Mifsud Bonnici hawnhekk irrefera ghas-sehem li ghandhom il-Kunsilli Lokali f'dan ir-rigward, billi huma jistghu joholqu diversi okkazzjonijiet ta' partecipazzjoni attiva ta' l-anzjani.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN