Il-Ministru ghal Ghawdex tiltaqa' mal-Gozo Tourism Association
Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, kellha laqgha ta' konsultazzjoni dwar il-budget ghas-sena 2000 ma' delegazzjoni tal-Gozo Tourism Association. Matul il-laqgha gew diskussi l-inizjattivi li ttiehdu mill-Assocjazzjoni fit-tmien xhur li ilha mwaqqfa u kif il-Ministeru jista' jkompli jghin lill-Assocjazzjoni fit-twettiq tal-hidma taghha.
Fost il-mizuri diskussi kien hemm il-ftuh ta' ufficcju permanenti ta' l-Assocjazzjoni u s-servizzi u l-facilitajiet segretarjali ghalih. Il-Ministeru se jaghti l-ghajnuna kollha xierqa u possibbli f'dan ir-rigward.
Mizura ohra li mistennija issehh dalwaqt hija dik li l-vapur mv Xlendi jigi mgharraq fl-inhawi ta' Mgarr ix-Xini biex iservi ta' attrazzjoni turistika. Dan ser isir bl-inizjattiva tal-Gozo Tourism Association u s-sostenn shih tal-Ministeru.
L-Assocjazzjoni dalwaqt tippubblika Gozo Tourist Services Brochure li jippromwovi lil Ghawdex bhala destinazzjoni turistika distinta s-sena kollha. Il-Ministeru ghal Ghawdex se jara kif jista' jghin biex dan il-brochure jidhol fuq l-‘internet' biex Ghawdex jinghata pubblicita' iktar diretta.
Il-Gozo Tourism Association qed tiehu sehem dirett fil-fieri internazzjonali tat-turizmu ta' Milan, Londra u Berlin. Il-Ministeru ghal Ghawdex se jkompli jghin lill-Assocjazzjoni billi jipprovdi l-istandsf'dawn il-fieri u jhallas ghall-ispejjes ta' min imur biex jiehu hsiebhom.
Mizura ohra li se jiehu l-Ministeru ghal Ghawdex hija dik li jigu pprovduti facilitajiet interprettattivi fil-Ggantija permezz ta' audiotapes.
Il-Ministru Debono informat lill-Assocjazzjoni dwar il-progetti tal-vapuri u tal-facilitajiet godda fl-Imgarr u c-Cirkewwa.
Id-delegazzjoni tal-Gozo Tourism Association kienet maghmula mis-Sur Sammy Rapa - President, is-Sur Joe Muscat - Segretarju u s-Sur Paul Scicluna - Tezorier.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN