Left arrow Go Back

Il-Ministru Austin Gatt ihabbar ix-xoljiment tal-Kunsill Lokali 'Paola'

PR1504
Date Icon 05/10/1999

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, dal-għodu ħabbar li l-Kunsill Lokali Paola kien 'ie xolt bis-saħħa tal-paragrafu (b) ta' l-artiklu 22 tal-Li'i dwar il-Kunsilli Lokali.

F'Konferenza ta' l-Aħbarijiet li saret dal-għodu fl-uffiċċju tiegħu f'Kastilja, Dr. Gatt qal li din hija t-tieni darba li l-Gvern kellu jieħu pass bħal dan, u qal li jinsab dispjaċut li s-sitwazzjoni eskalat sa dan il-punt.

"Id-deċiżjoni li jkun xolt dan il-Kunsill ma kienetx waħda faċli, u għamilna minn kollox biex nevitawha, iżda wieħed ma setgħax jagħmel mod ieħor wara li dan il-Kunsill ma kienx qed jiffunzjona skond il-parametri tal-Li'i li tirregola il-Kunsilli Lokali," żied jgħid Dr. Gatt.

Hawnhekk Dr. Gatt, ta' spjegazzjoni qasira ta' kif ori'inat il-kriżi fi ħdan il-Kunsill Lokali Paola, fejn liema sitwazzjoni ilha teżisti sa minn meta seħħet ir-riżenja tas-Sur Stefan Zahra minn Sindku fit-8 ta' April ta' din is-sena. Barra minn hekk, il-Kunsill Lokali Paola ilu mingħajr Viċi-Sindku sa minn Settembru tas-sena l-oħra - aktar minn tnax-il xahar!

Il-Kunsill kien magħmul minn erba' Kunsilliera Indipendenti u tlieta tal-Partit Nazzjonalista. L-ex Sindku Zahra rriżenja minħabba l-attitudni ta' wieħed mill-Kunsilliera Indipendenti sħabu. Minn hemm 'il quddiem, il-Kunsilliera Indipendenti qatt ma setħu jiftiehmu bejniethom min kellu jinħatar Sindku.

Il-Ministeru hu nfurmat ukoll li l-Kunsilliera Nazzjonalisti kienu lesti jappo''jaw kull Kunsillier indikat mill-grupp ta' l-Indipendenti - li kellhom il-ma''oranza fil-Kunsill - iżda jidher li dawn qatt ma setgħu jiftiehmu bejniethom.

"Minkejja li saru 17-il votazzjoni għal Sindku, dan il-Kunsill għadu sal-llum mingħajr Sindku u mhux qed jiltaqa' hekk kif titlob il-Li'i," kompla Dr. Gatt.

"Saru diversi tentattivi kemm minni personalment u minn Membri Parlamentari tal-Partit Laburista, kif ukoll minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kunsill Lokali u ta' l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u anke mis-Segretarji Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista, sabiex tinstab soluzzjoni u tkun regolarizzata s-sitwazzjoni, iżda l-kwistjoni baqgħet mhux solvuta," qal Dr. Gatt

Dan ma ħalla l-ebda soluzzjoni ħlief dik li l-Prim Ministru jagħti parir lil President ta' Malta li jxolji l-Kunsill Lokali Paola.

Il-Ministru Gatt ħabbar li skond kif titlob il-li'i se jaħtar Kumitat ta' Tmexxija għall-perjodu ta' tletin 'urnata, li se jkun responsabbli mit-tmexxija ordinarja tal-Kunsill Lokali sakemm issir elezzjoni għall-Kunsilliera 'odda.

Skond il-Li'i, il-Kummissjoni Elettorali għandha tletin 'urnata żmien sabiex torganizza l-elezzjonijiet għal din il-lokalit'�, u l-Kunsilliera l-'odda se jkunu eletti għal perjodu li fadal tal-mandat attwali, ji'ifieri sena u nofs, fejn l-elezzjoni ter'a' ssir meta suppost, f'Marzu tas-sena 2001.

Dr. Gatt temm jgħid li l-eċċezzjonalit'� ta' pass bħal dan hi xhieda fiha nnifisha ta' kemm il-Kunsilli Lokali fin-normalit'� tagħhom ma jitmexxewx kif tmexxa l-Kunsill Lokali Paola, fejn sfortunatament jidher li l-pika personali ta' wħud mill-Kunsilliera sebqet fuq is-sens ta' dover lejn ir-residenti ta' Raħal Ġdid.

"Ninsab ċert li dan il-kaz iżolat bl-ebda mod ma jnaqqas mill-fiduċja 'enerali li jgawdu l-Kunsilli Lokali," ikkonkluda l-Ministru Gatt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow